Daphne Caruana Galizia – One News

Notifiki

Delia ddisprat jipprova jinqala’ mill-qiegħ

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni, li lil Daphne Caruana Galizia sejħilha biċċa blogger, tant jinsab fil-qiegħ f’dak li hu appoġġ u fiduċja li qed jipprova jaqbad ma’ każ sensittiv bil-għan li jipprova jiskorja xi punti politiċi. Għal darb oħra spiċċa jċedi għal dik il-fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li ilha żmien tipprova turih ‘il bieb ta’ barra. Din mhux l-ewwel darba li għamilha u iktar ma prova jagħmel dan,iktar dgħajjef il-pożizzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.

Li ma fehemx Adrian Delia huwa li politiku serju ma jpoġġix fl-arena partiġjana investigazzjonijiet sensittivi dwar każ mill-iktar serju. Kif spjega l-Prim Ministru,min jagħmel hekk ma jkunx qed ifittex ġustizzja, iżda jfixkilha,temm jgħid il-Partit Laburista.

Jason Azzopardi ma jistax jibqa’ jagħmel allegazzjonijiet bla ma jissostanzjahom – Editorjal

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għandu jifhem li ma jistax jibqa’ jagħmel allegazzjonijiet serji dwar il-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia bla ma jissostanzjahom. Sostna dan l-editorjal ta’ The Malta Independent taħt it-titlu: highest corridors of power claim – Azzopardi should share information with the courts.

Fl-aħħar jiem id-deputat Nazzjonalista u l-avukat tal-familja ta’ Caruana Galizia mar fil-Kunsill tal-Ewropa u għamel allegazzjoni ġdida bla ma ssostanzjaha. Allega li għandu informazzjoni li l-qtil tal-blogger ġie ordnat min-nies li għandhom aċċess għall-ogħla kuruturi tal-poter. L-editorjal qal li d-deputat, li hu magħruf għall-kontroversji u li dan l-aħħar attakka lill-Kap tiegħu Adrian Delia, tenna dawn l-allegazzjonjiet bosta drabi. Madankollu l-gazzetta nnotat li Azzopardi naqas milli jissostanzjahom.Aqra aktar

Il-Prim Ministru jagħmel sew isostni l-libell tiegħu kontra l-eredi ta’ Caruana Galizia – Alfred Sant

L-ex Prim Ministru Alfred Sant qal li il-Prim Miinistru Joseph Muscat għandu mija fil-mija raġun li jkompli jsostni l-libell tiegħu dwar il-każ tal-Egrant sakemm l-eredi tal-ġurnalista s-sinjura Caruana Galizia jibqgħu jiċħdu l-konklużjonijiet tal-inkjesta maġisterjali li nżammet dwar il-każ.

L-MEP Laburista qal li l-allegazzjonijiet li saru kontra l-Prim Ministru Muscat u l-familja tiegħu kienu ta’ natura kriminali mill-aktar serja. L-inkjesta sabet b’mod konklussiv li l-allegazzjonijiet kienu bbażati fuq “informazzjoni” falza jew fuq l-ebda prova. Min ma jaċċettax dan qed juri ħaġa waħda.

“Fir-realtà, id-diskors li nisimgħu dwar l-hekk imsejħa saltna tad-dritt mhu xejn ħlief paraventu biex jaħbi intenzjonijiet okkulti, partiġġjani, anzi klassisti li huma nieqsa minn kull sens ta’ trasparenza u fair play demokratiku.” qal Alfred Sant.

Send this to a friend