CRPD – One News

Notifiki

Is-CRPD mħassba dwar trattament ta’ studenti b’diżabbiltà wara stqarrijiet minn xi għalliema

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tinsab imħassba fuq stqarrijiet maħruġa dan l-aħħar mill-unjins tal-għalliema, hekk kif studenti b’diżabilità jistgħu ikunu affettwati b’mod ħażin.

Fi stqarrija, il-Kummissarju Oliver Scicluna qal li filwaqt li s-saħħa u l-kundizzjonijiet tal-edukaturi għandhom ikunu protetti, dan ma jistax isir għad-dannu tad-dinjita tat-tfal b’diżabilta. L-istqarrijiet li għalihom għamlet referenza il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kienu dwar il-Learning Support Educators u d-dmirijiet tagħhom lejn tfal b’diżabilta.Aqra aktar

Ħidma biex persuni b’diżabilità jkunu aktar indipendenti

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità għaddejja b’ħidma biex fix-xhur li ġejjin tressaq proposti sabiex tissolva diskriminazzjoni fil-konfront ta’ persuni b’diżabilità meta jiġu biex jixtru proprjetà.

F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie ppreżentat ir-rapport annwali bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017, intqal kif persuni b’dizabilità isibu xkiel meta jiġu biex jagħmlu poloz ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja, element bżonnjuż biex jiehdu self biex jixtru dar.

Fil-fatt illum il-ġurnata persuni b’diżabilità, jew ma jitħallewx jagħmlu din l-assigurazzjoni, jew ikollhom iħallsu ferm iżjed minn ohrajn. Diskriminazzjoni, spjegalna l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna, li s’issa ma nsibuhiex fil-liġi tagħna.

Fi preżentazzjoni li saret minn Dr Bernard Busuttil, Uffiċjali tal-Kummissjoni, ġie nnutat li bejn Ottubru 2016 u Settembru 2017 il-Kummissjoni daħlulha 203 ilmenti, fejn l-ogħla numru baqgħu dwar l-aċċessibbiltà, l-iktar fiżika f’binjiet u bankini.Aqra aktar

Sodisfatti bit-tibdil tar-regoli mill-Università ta’ Malta

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar il-mod kif ipproċediet l-Università ta’ Malta wara li s-sena li għaddiet saritilha kritika minn Emily Slater, studenta bl-awtiżmu li tkellmet f’seduta tal-Euroscola fil-Parlament ġewwa Strasburgu.

Slater kienet tkellmet dwar il-problemi li jiltaqgħu magħhom persuni li għandhom xi forma ta’ “learning difficulty” biex ikomplu l-istudji tagħhom ġewwa l-Università ta’ Malta minħabba nuqqas ta’ xi suġġetti bażiċi. Minn dakinhar kienet bdiet diskussjoni dwar dan is-suġġett fejn saħansitra saru diversi konferenzi li fihom tqanqal dan l-appell. Fost dawn kien hemm il-konferenza organizzata mill-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà u Prorettorat f’Novemberu li għadda.

Aqra aktar

Send this to a friend