cristiano – Page 2 – One News

Notifiki

“Kemm għandkom qalb kbira”- Bosta joffru ħwejjeġ u oġġetti oħra għaċ-ċkejken Cristiano

Dalgħodu diversi persuni marru l-għassa tal-Qawra b’bosta oġġetti fosthom ħwejjeġ għaċ-ċkejken Cristiano li nstab abbandunat ilbieraħ f’Buġibba.

Dan wara l-appell tas-Surġent Glen Carabott li sab lit-tifel, sabiex min jista’ jieħu ħwejjeġ jew oġġetti għat-tifel jeħodhom l-Għassa tal-Qawra.

Intant, huwa jibqa’ japella biex min għandu xi oġġetti li jistgħu jkunu utli għal Cristiano, jagħti sehemu kif jista’

L-iskop tal-isem ta’ Cristiano- li t-tifel ikollu ħajja ta’ suċċess bħal Ronaldo

It-tifel tat-twelid li nstab abbandunat ilbieraħ ingħata l-isem ta’ Cristiano mill-Maġistrat Inkwirenti Joe Mifsud.

Iżda għaliex dan l-isem?

Kulħadd jaf lil l-Maġistrat Mifsud huwa partitarju kbir Juventin, u f’dawn l-aħħar ġimgħat dan it-tim akkwista lill-Plejer ta’ fama mondjali Cristiano Ronaldo, u kull partitarju feraħ mhux ftit.Aqra aktar

Send this to a friend