cristiano | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Identifikat missier Cristiano

Testijiet xjentifiċi ikkonfermaw min hu missier it-tarbija Cristiano, li nstab abbandunat f’Buġibba f’Settembru li għadda.

Dan żvelatu l-gazzetta Kullħadd, li żiedet tgħid li dawn l-istess testijiet xjentifiċi kkonfermaw il-verżjoni li tat l-omm dwar l-identità ta’ missier binha. Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw mal-gazzetta li t-tifel sab ruħu fl-għożża tas-sorijiet tal-ursolini, u li l-omm bdiet tirkupra mit-trawma li għaddiet minnha u fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu.Aqra aktar

L-omm tħaddan lil Cristiano għall-ewwel darba fl-Isptar

48 siegħa wara każ li xxokkja lil bosta fejn tifel tat-twelid li kien għadu bil-kurdun instab imgeżwer qalb il-ħwejjeġ f’parapett ta’ blokka appartamenti f’Buġibba, il-Pulizija identifikat u bdiet tkellem lil omm iċ-ċkejken.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-omm hija Maltija, u sorsi qrib ONE News ikkonfermaw li għandha 22 sena u tgħix il-Qawra.

L-istess sorsi qalu li ż-żagħżugħa għandha tifel ieħor ta’ sena, u fl-aħħar sigħat saru l-arranġamenti meħtieġa biex dan jinżamm il-Cresche tal-Ursolini.Aqra aktar

Bil-Filmat: Cristiano jinsab tajjeb u se jindukrawh is-sorijiet

Cristiano, it-tarbija tat-twelid li tul il-jum tal-Ġimgħa nstab abbandunat f’parapett f’Buġibba, qed jingħata l-attenzjoni massima fl-Isptar Mater Dei biex eventwalment jibdà l-proċess biex tibda tgħix taħt il-ħarsien u l-imħabba tas-sorijiet tal-Ursolini.

Sorsi qrib dan l-istazzjon stqarru li t-tifel qed jirrispondi b’mod pożittivi għall-aħħar għal kura li qed tingħatalu.

Dwar dan ONE News tkellem mas-Sur Alfred Grixti, Ċermen tal- Fondazzjoni Għal-Benesseri Soċjali li stqarr li l-fondazzjoni qed tintervjeni biex tassigura li t-tifel jingħatawlu l-oġġetti kollha meħtieġa wara li nstab b’ta fuqu senduqu.

“Se nagħmlu dak kollhu li kien meħtieġ, għax dit-tarbija letteralment ta’ fuqha senduqa, li kellna bżonn nixtrula xtrajnih permezz tal-Appoġġ Childrens Fund”.Aqra aktar

L-Aġenzija Appoġġ qed tieħu ħsieb Cristiano

B’referenza għall-każ tat-tarbija abbandunata f’Buġibba, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jista’ jikkonferma li Aġenzija Appoġġ – permezz tal-professjonisti li jaħdmu fi ħdanha – se tieħu r-responsabbiltà tat-tarbija. Il-maġistrat inkwerenti informa lill-kap eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali li minn issa ’l quddiem Aġenżija Appoġġ tista’ tibda tmexxi bil-proċeduri biex it-tarbija titpoġġa taħt care order.Aqra aktar

Send this to a friend