CPD | One News - Part 3

Notifiki

AĠĠORNAT: Ħaddiema maqbuda fi krejn li għeleb

 

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li krejn għeleb waqt li kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fi Triq ix-Xiber fi Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.00 wara li għal xi raġuni l-krejn għeleb u ġie f’pożizzjoni perikoluża għall-ħaddiema. Il-ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew fil-ħidma biex il-krejn jittella’. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jassisti lil żewġ ħaddiema li sfaw maqbuda fl-inċident. Wieħed mill-irġiel kellu qatgħa kbira filwaqt li l-ħaddiem l-ieħor ġarrab xi ġrieħi.

Aqra aktar

Karozza tieħu n-nar fl-Iklin

Karozza ipparkjata tat-tip BMW 118 inbidlet fi fjamma waħda fi Triq Geronimo Abos għall-ħabta ta’ 14.00pm. Il-Pulizija kkonfermat ma’ one.com.mt li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Il-Pulizija qed tinvestiga x’wassal għal dawn in-nirien.

Aqra aktar

Karozza tieħu n-nar fil-Belt Valletta

Intalbet l-għajnuna tal-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif karozza ħadet in-nar viċin tal-Forti Sant Iermu, l-Belt Valletta.

In-nar ġie kkontrollat mill-ħaddiema iżda għad mhux magħruf jekk kienx hemm persuni li weġġgħu f’dan l-inċident u x’ikkawża dawn in-nirien.

Aqra aktar

Ħarqulhom l-kamra bl-annimali b’kollox

“It-tielet darba. Taw in-nar lill-kamra u magħha l-għasafar, fniek u summien li kienu fil-post.”

Hekk irrakkontat mara fuq paġna tas-sit soċjali Facebook fejn poġġiet ritratti li jixdhu l-qerda li ħallew in-nirien kif ukoll l-annimali li sfortunatament sfaw vittma.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Anzjana kienet fid-dar li ħadet in-nar fil-Belt Valletta

15:13: Il-Pulizija kkonfermat li anzjana kienet fir-residenza tagħha, meta għal xi raġuni mhux magħrufa, ir-residenza tagħha ħadet in-nar.

Fortunatament l-anzjana ma ġarrbet l-ebda ġrieħi.

Aktar Qabel: Ħaddiema mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili issejħu fi Triq San Nikola, il-Belt Valletta, fejn nirien ħakmu residenza.

Jidher li n-nar kien ikontrollat, però aktar dettalji nwassluhom fil-ħin li ġej.

Maqbudin f’wied fil-kesħa u d-dlam

Is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija l-Protezzjoni Ċivili ġew imsejjħa sabiex jassitu żewġt irġiel li ntilfu f’ Wied Babu, bil-konsegwenza li ma setawx issibu t-triq lura u baqgħu mwaħħlin taħt l-irdum. F’ temperatur kiesħa u riħ bħal ma għamel fl-aħjar jiem dawn iż-żewġ persuni setgħu spiċċaw ferm agħar li kieku ma kienetx il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili mmexxija mill-Istation Officer Mark Brincat.

Aqra aktar

Tintemm b’wiċċ il-ġid – tinstab mara bid-dimensja li kienet irrapportata nieqsa

Intemm b’wiċċ il-ġid l-għibien t’anzjana ta’ 71 sena, Lourdes Spiteri, li sfat nieqsa l-Qawra.

Kienu diversi persuni li jappellaw fuq is-sit soċjali Facebook biex kull min għandu xi informazzjoni dwar Lourdes Spiteri għandhom iċemplu lill-Pulizija fuq 112.

Huma infurmaw lill-pubbliku li l-istess mara ssoffri mid-dimensja u jekk it-temperatura tkompli tinżel din taf tkun ta’ detrement.

 

Send this to a friend