CPD | One News

Notifiki

Ħadd ma weġġa’ f’nirien f’dar fil-Ħamrun

Anzjana ta’ 79 sena u raġel ta’ 56 sena ħelsuha ħafif wara li allegatament xi ħadd mhux magħruf, fis-satra tal-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn ta n-nar il-bieb tad-dar tagħhom fi Triq Santu Wistin fil-Ħamrun.

Kienu għall-ħabta tas-01:30 ta’ dalgħodu li l-Pulizija ntalbet tmur fuq il-post waqt li n-nirien kienu laħqu tferrxu mal-faċċata li ġiet sewda faħma. Fuq il-post marru wkoll il-vetturi tat-tifi tan-nar tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw u tfew in-nirien.Aqra aktar

AĠĠORNAT: L-operazzjoni fil-Mellieħa għadha għaddejja u mistennija tieħu l-ħin

L-operazzjoni ta’ trasferiment tal-gass bejn żewġ bowsers fil-Mellieħa għadha għaddejja u mistennja tieħu l-ħin minħabba li hija parti minn proċess metikoluż. Esperti fil-qasam li tkellmu ma’ one.com.mt spjegaw kif il-proċess irid il-ħin tiegħu hekk kif il-gass jista’ jiffriża u jkisser il-valvi li jinsab għaddej minnhom bil-konsegwenza li joħroġ kollu fit-triq.Aqra aktar

Filmat: Il-Pulizija u s-CPD imsejħa biex jagħtu l-għajnuna f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-bypass tal-Imrieħel.

Minn filmat li kiseb one.com.mt, jidher li karozza skidjat għal fuq is-central strip fit-triq, u s-sewwieq kellu bżonn l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza. Għadu mhux magħruf kienx hemm karozzi oħra involuti fl-inċident, jew jekk hemmx persuni feruti kawża ta’ dan.

Pjan ta’ azzjoni għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia waqt li kien qed jindirizza lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, qal li għal ħafna min-nies ix-xogħol tad-Dipartiment jinkludi biss tifi tan-nar, iżda huwa ħafna usa minn hekk. Huwa qal li għaddejjin numru ta’ avviżi legali biex jagħtu aktar saħħa legali lid-Dipartiment.Aqra aktar

NGOs jingħataw għotja tal-għajnuna li joffru lic-CPD

Total ta’ €35,000 ingħataw lil sitt organizzazzjonijiet mhux governattivi li jgħinu b’mod volonatraju lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Is-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar kienet l-iktar li bbenefikat hekk kif irċeviet tmintax-il elf ewro, segwieta mis-St John Rescue Corps u l-Emergency Fire and Rescue Unit:Aqra aktar

Send this to a friend