ċpar – One News

Notifiki

Iċ-ċpar jikkawża dewmien f’sitt titjiriet bejn l-Ingilterra u Malta

Ċpar ikkawża dewmien f’sitt titjiriet, li kienu skedati tul il-jum, li ħamsa minnhom kienu se jitilqu minn Heathrow, Manchester u Gatwick bid-destinazzjoni tkun għal Malta u waħda minn Malta lejn Heathrow.

Il-linja tal-ajru AirMalta ħabbret fuq is-sit tagħha li t-titjiriet t’hawn isfel ġew miżmuma milli jitilqu fil-ħin li kien skedat, bil-ħinijiet il-ġodda jkunu:

Aqra aktar

Meta jaqa’ ċ-ċpar

Ċertu positijiet fil-gżejjer Maltin bilkemm kienu jingħarfu llum, minħabba ammont kbir ta’ ċpar li niżel kmieni filgħodu.

Dawn huma ritratti li sibna fuq Facebook. F’każ ta’ ċpar wieħed huwa mħeġġeġ isuq bil-galbu. Illum it-temperatura mistennija tilħaq it-32 grad celcius, iżda tinqass daqs 36 grad. Minkejja li x-xemx donnha ddalmet dalgħodu, l-indiċi tar-raġġi UV se jlaħħaq 10.

Fir-ritratti naraw veduta mit-triq prinċipali tal-Mellieħa, fejn il-Knisja ma tidhirx, veduta mill-Kalkara, il-Belt Valletta, ir-Rabat, San Pawl il-Baħar, Popeye’s Village u xena minn fuq bejt il-Mellieħa fejn suppost jidher il-Palazz ta’ Selmun.

Aqra aktar

Lejl imċajpar

Il-lejl li għadda niżel ħafna ċpar fuq il-gżejjer Maltin, kif juru dawn ir-ritratti meħudin tas-Sliema, Kordin u r-Rabat. Kienu ħafna dawk li bdew jistaqsu x’qed jiġri, hekk kif is-sema donnha niżlet fl-art u ċajpret il-veduta ta’ min inzerta kien barra s-Sibt filgħaxija.

Aqra aktar

Send this to a friend