Commonwealth – One News

Notifiki

Malta tħarreġ uffiċjali pubbliċi tal-pajjiżi tal-Commonwealth fl-Oċeanografija u t-Tkabbir tal-Ekonomija Blu

Malta nediet seminar ta’ taħriġ ta’ sebat ijiem fl-Oċeanografija u t-tkabbir Tal-Ekonomija Blu immirat biex iħarreġ uffiċjali pubbliċi mill-Afrika, ir-reġjun tal-Karibew; ir-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll l-Asja t’Isfel. Ħafna minn dawn il-pajjiżi huma stati sħab żgħar tal-Commonwealth, flimkien ma’ Malta. L-uffiċjali se jkunu mħarrġa fl-esplorazzjoni tad-dejta oċeanografika, l-elaborazzjoni u l-ħolqien tal-prodott għall-iżvilupp sostenibbli tal-baħar. Il-prattikanti u l-esperti relatati mal-oċeani huma ġejjin minn Tonga, is-Sri Lanka, is-Somalja, is-Seychelles, in-Namibja, il-Mawrizju, Tonga, l-Etjopja, Ġibuti, il-Barbados u l-Unjoni Afrikana li qed jiġu mħarrġa, bħala parti minn din l-inizjattiva. Aqra aktar

Malta tfakkar Jum it-Tifkira


Il-Ħadd filgħodu Malta ngħaqdet ma’ pajjiżi tal-Commonwealth biex ifakkru Jum it-Tifkira, u l-ħmistax-il miljun persuna li tilfu ħajjithom tul l-Ewwel Gwerra Dinjija. Dan kollu jum biss qabel l-anniversarju ta’ meta l-Gwerra l-Kbira ntemmet mat-tokki tal-11, tal-11-il jum tal-11-il xahar tal-1918.

Aqra aktar

“Malta l-ispirazzjoni u l-aspirazzjoni ta’ ħafna”- Patricia Scotland

“L-enerġija u r-rieda li tikkontribwixxi f’temi varji huma żewġ karatteristiċi li t-tmexxija tal-Commonwealth qed tinnota f’pajjiżna, tant li qed tisħaq li minħabba f’hekk, Malta saret l-ispirazzjoni u l-aspirazzjoni tal-pajjiżi żgħar u kbar li wkoll huma parti mill-Commonwealth”. Dan kien kliem is-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth Patricia Scotland li fl-aħħar jiem kienet pajjiżna tipparteċipa f’forum internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-oċeani.Aqra aktar

Il-President George Vella propost biex issir il-Patrun taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Commonwealth

Il-President George Vella qed ikun propost li jsir il-Patrun taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Commonwealth f’Malta. Din il-proposta saret waqt il-laqgħa li l-President Vella kellu llum mas-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland f’Marlborough House, f’Londra. Aqra aktar

55 sena ta’ Malta fil-Commonwealth

Darba kull sena, 53 pajjiż madwar id-dinja jsiru ġens wieħed. Il-11 ta’ Marzu 2019 huwa Jum il-Commonwealth, għaqda ta’ 53 pajjiz differenti minn madwar id-dinja li għandhom rabta waħda storika: xi darba, dawn kienu maħkuma mill-Kuruna Ingliża.

Malta saret pajjiż tal-Commonwealth lura fl-1965, 55 sena ilu. Darbtejn ospitat il-Commonwealth Heads of Government Meeting, iċ-CHOGM, u hija l-bażi ta’ COMNET-IT, in-network tsl-Commonwealth għall-Informatika u t-Teknoloġija.

Malta hija biss wieħed minn tliet pajjiżi tal-Commonwealth li jinsabu fil-kontinent Ewropew, li flimkien mal-pajjiżi l-oħra, ħadmet qatigħ għall-ġustizzja fil-konfront ta’ pajjiżi żgħar, drittijiet tan-nisa u żgħażagħ, u oħrajn.

Fuq il-midja soċjali, il-Prim Ministru Joseph Muscat innota s-sinjifikat ta’ Jum il-Commonwealth f’Malta wara 55 sena.

Send this to a friend