co2 | One News

Notifiki

Il-Parlament Ewropew jivvota favur il-liġi ta’ Miriam Dalli dwar tnaqqis fl-emmissjonijiet tas-CO2

Il-Parlament Ewropew illum ivvota b’maġġoranza b’saħħitha għal proposta leġislattiva tal-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.

“Dak li għamilna llum huwa bidu – bidu ta’ bażi li jwassalna għan-negozjati mal-istituzzjonijiet u flimkien nistgħu naslu biex intejbu l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex nagħtu pożizzjoni pożittiva,” saħqet Miriam Dalli.

Il-proposta tippreżenta miri ambizzjużi imma realistiċi dwar it-tnaqqis mill-emissjonijiet CO2 mill-karozzi. Proposti, li issa jridu jiġu negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew, li huma bbażati fuq interessi ambjentali, tal-ħaddiema, tal-industrija u l-konsumaturi.Aqra aktar

Vot mistenni fil-Parlament Ewropew dwar il-ligi ta’ Miriam Dalli fuq is-CO2

Il-Parlament Ewropew se jkun qed japprova l-liġi li titratta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi, liema strument legali ħadmet fuqha l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli. Din il-liġi se tkun qed tħares l-ambjent billi jonqos it-tniġġis fl-arja, u se jkunu qegħdin jiżdiedu aktar impjiegi filwaqt li se jkunu mħarsa l-ħaddiema.Aqra aktar

Miriam Dalli tmexxi t-taħditiet dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi

 

Aktar minn 60 persuna li jirrappreżentaw l-industriji tal-karozzi, tal-enerġija, tal-manifattura tal-batteriji, tal-fjuwils, NGOs ambjentali, think tanks u organizzazzjonijiet tal-konsumatur ħadu sehem f’diskussjoni organizzata mill-MPE Laburista Miriam Dalli.

Id-diskussjoni, li saret fi Brussell, ġiet organizzata bi tħejjija għal-rapport li qed tipprepara Dr Dalli. Il-MPE Malti ġiet maħtura bħala rapporteur dwar il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet.

Aqra aktar

Malta bl-ikbar tnaqqis ta’ CO2 fost il-pajjiżi Ewropej kollha

L-emmissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju, jew aħjar CO2 , huma dawk li jagħmlu ħsara lill-ambjent.

Malta kellha l-ikbar tnaqqis ta’  CO2 fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Infatti, skont l-Eurostat, Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet b’18.2% is-sena li għaddiet. L-ogħla tnaqqis bi kbir, meta tqis li t-tieni l-iktar pajjiż li naqqas is-CO2 kien il-Bulgarija, b’7.0%.

Aqra aktar

Send this to a friend