clyde puli – One News

Notifiki

Il-PN se jagħlaq is-sena mingħajr kaxxier


Tliet xhur ma kinux biżżejjed biex il-Partit Nazzjonalista jsib min jimla’ l-kariga ta’ kaxxier fl-amministrazzjoni tiegħu biex hekk, il-partit imexxi minn Adrian Delia se jagħlaq is-sena mingħajr teżorier. Dan minkejja li sal-Ħadd li għadda reġa’ kien qed jiġbor l-eluf mingħand in-nies. Il-Partit Nazzjonalista baqa’ b’dik il-kariga battala anke jekk din hi kariga li tirriżulta mil-liġi tal-finanzjament tal-parititi u hija meqjusa bħala waħda importanti ħafna fil-kuntest ta’ liġi li hi maħsuba biex tiggarantixxi t-trasparenza.

Il-Partit Nazzjonalista ilu żmien biex isib persuna idonja għal din il-kariga. Dan riżultat tal-problemi finanzjarji li għandu. Il-Kap Adrian Delia u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli għamlu sforzi kbar biex isibu isem anke jekk għal fuq il-karta biss. Sorsi fl-istamperija qalu li issa ngħatat id-data ta’ Marzu jew April bħala t-tentattiv li jmiss sa meta tinstab din il-persuna.

Fis-sajf il-Partit Nazzjonalista spiċċa b’persuna li ma kellha ebda esperjenza għal din il-kariga. Tant li l-aħħar kaxxier Antoine Zammit ma dam mill-Milied sa San Stiefnu hekk kif kellu jirriżenja xahar biss wara li nħatar. L-imkejjen tagħna kienu spjegaw sa mill-ewwel jum li ma kienx tal-qatgħa, iżda Delia ma kellux għażla. Zammit kien umiljat għax mar jitlob parir fuq il-banking. Fil-fatt kellu jirrikorri għall-għajnuna ta’ grupp ristrett għan-Nazzjonalisti fuq Facebook. F’dan il-kuntest, il-fazzjoni ta’ Busuttil kienet diġà bdiet turi dubji kbar dwar il-ħiliet fil-finanzi ta’ Zammit biex jipprova jfejjaq is-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra li jinsabu fiha l-Partit Nazzjonalista.

Eventwalment Zammit kellu jirriżenja wara li ONE News kixef kif kien tella’ filmati fuq Youtube wara li l-kaxxa li tipprovdi xandir illegali ta’ eluf kbar ta’ stazzjonijiet waqfet turi l-films pornografiċi. Fl-istess waqt li l-kaxxier ta’ Adrian Delia kien qiegħed jagħti dawn l-istruzzjoniet, l-awtoritajiet Ewropej kienu qegħdin iwettqu ħidma sabiex iwaqqfu dan l-operat illegali ta’ xandir.

Puli jattakka lil Busuttil b’Marlene – daħħalitna l-lifa f’ħobbitna

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ħareġ jattakka lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, li meta kien Kap tal-partit għamel koalizzjoni ma’ Marlene Farrugia. Puli xerred filmat ta’ Marlene Farrugia fuq l-ispalla tgħid kliem dispreġjattiv dwar il-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex Clyde Puli jattakka lil min iddeċieda li jġib lil Marlene Farrugia fil-Partit Nazzjonalista. Botta diretta lejn Simon Busuttil.Aqra aktar

Delia jrid ineħħi lil Puli minn Segretarju Ġenerali

F’mument li l-Partit Nazzjonalista ġarrab l-ikbar telfa fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, fejn saħansitra tilef it-tielet s-siġġu, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma jridx aktar lil Clyde Puli fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.

Waqt il-programm Dissett, Adrian Delia qal li ma jridx lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista jkun ukoll Deputat elett fil-Parlament. Dikjarazzjoni li bosta interpretawha li Delia se jibda b’manuvra sabiex iwarrab lil Clyde Puli minn Segretarju Ġenerali wara l-akbar telfa elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

ARA: Pressjoni kbira bejn il-Captain u l-Coach

L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, l-aktar is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Kap tal-Midja tal-Partit Pierre Portelli spiċċaw fil-mira ta’ kritika qawwija mill-għeruq tal-partit fil-bidu tal-kampanja elettorali li l-PN nieda fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda.

Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-attakki kontra Puli u Portelli qegħdin isiru fid-Dar Ċentrali u gruppi magħluqa fuq il-midja soċjali. Puli u Portelli spiċċaw jiddefendu l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, minħabba li huma l-perċimes fit-tfassil tal-kampanja elettorali. Dan filwaqt li d-Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ma kellux għażla oħra ħlief li joħroġ għonqu biex jiddefendi, u min-naħa l-oħra biex jikkalma l-irjus tal-għeruq u tat-tesserati tal-Partit li mhux qed jaqblu mal-istrateġija tal-Partit li minnhom Arrigo jrid ikompli jiġbor il-flusAqra aktar

Jirriżenja minn kunsillier tal-PN u ma jkellmu ħadd

10 ijiem ilu Raymond Caruana rriżenja minn kunsillier tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żejtun u sal-lum ħadd mit-tmexxija jew mill-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ma kellmu.

“Meta jien tfajt ir-riżenja tiegħi… mir-riżenja tiegħi ’l hawn ebda konferma li tgħidli isma’ jien irċivejt l-ittra tiegħek, għidli x’ġara,” qalilna Caruana li spjega kif mar bl-ittra personalment biex ikun ċert li waslet.

Aqra aktar

Fearne bi sfida lil Puli dwar il-Grupp Parlamentari

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Grupp Parlamentari Laburista se jiltaqa’ t-Tnejn li ġej hekk kif skedat. Il-Ministru Fearne qal dan waqt il-programm Pjazza l-Ħamis filgħaxija. Huwa kien qed iwieġeb għad-dikjarazzjoni li għamel ilbieraħ is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li qal li l-Gvern ma jgħidx meta jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari tiegħu.

Dan meta mistoqsi mill-ġurnalisti biex jgħid meta l-Partit Nazzjonalista kien se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex jiddiskuti allegazzjonijiet serji li saru fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Tweġiba li baqgħet qatt ma waslet l-anqas mill-Kap Nazzjonalista nnifsu li stqarr li ma jafx meta se jlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Send this to a friend