Clifton Grima – Page 5 – One News

Il-Gvern isellem lill-atleta Gerald Degaetano

Fi stqarrija li ħareġ il-Gvern Malti, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-atleta Gerald Degaetano li miet fl-età ta’ 53 sena.

 

Gerald Degaetano kien l-ewwel Malti li rebaħ medalja fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-1989 u għal ħafna snin kellu rekords nazzjonali fil-5,000 metru u fl-10,000 metru.

 

Gerald Degaetano rebaħ ukoll unuri nazzjonali fil-canoeing u kien ipparteċipa bħala coach ma’ Chris Camilleri fil-Logħob tal-Mediterran f’Pescara meta fis-snin ta’ qabel kien diġà ħa sehem fl-atletika.

 

Is-Segretarju Parlamentari qal li Gerald Degaetano se jibqa’ mfakkar mhux biss għas-suċċessi li kiseb iżda anke għas-serjetà li dejjem wera u tal-eżempju li dejjem ta lill-atleti żgħażagħ.

€118,000 f’għajnuna finanzjarja lil 46 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili

B’finanzjament mill-Fond għas-Soċjetà Ċivili, li huwa amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju f’isem is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, 46 organizzazzjoni fi ħdan is-soċjetà ċivili bbenefikaw minn total ta’ €118,000 f’għajnuna sabiex jibqgħu attivi fuq livell Ewropew.

Aqra aktar

Iċċelebrat il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima żar l-attivitajiet sportivi li għaddejjin fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann fil-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel, bħala inkoraġġiment biex kulħadd jieħu sehem f’aktar attività fiżika u ta’ saħħa aħjar.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-għalliema u qal li t-tfal għandhom ikunu esposti għal attivitajiet diversi li jgħinuhom jibnu ħiliet fiżiċi speċjalment l-aġilità, il-bilanċ u l-koordinazzjoni – il-bażi ta’ kull sport. L-attivitajiet għandhom ikunu attraenti għat-tfal biex ma jarawx l-isport bħala dmir biss imma bħala attività li jieħdu gost jagħmluha. Kienet sfida li jkollok attività sportiva fl-ewwel ġimgħa tas-sena skolastika però, qal is-Segretarju Parlamentari Grima, permezz ta’ din l-attività l-isport ikompli jkun meqjus bħala suġġett importanti fil-kurrikulu skolastiku.

Il-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel hu parti mill-kampanja ‘NowWeMove’ li ġiet żviluppata minn konsorzju magħmul minn organizzazzjonijiet Ewropej. Din il-kampanja għandha l-iskop li tippromwovi s-saħħa u l-benesseri bħala esperjenza ta’ tagħlim tul il-ħajja u biex ikunu żviluppati l-kompetenzi u l-ħiliet soċjali fost l-istudenti permezz ta’ diversi logħob u esperjenzi sinifikanti oħrajn.

“Nemmnu li l-iskejjel għandhom ikunu l-punt fokali fejn il-veru valur tal-bażi tal-isport jitwettaq. Għalhekk qegħdin nistiednu lill-iskejjel kollha mhux biss biex jingħaqdu f’din l-attività, imma wkoll biex jieħdu sehem f’dan il-programm sportiv daqstant dinamiku li qed norganizzaw matul din il-ġurnata”, qal il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar.

L-organizzaturi tal-jum Ewropew iddedikat għall-isport fl-iskejjel taw ukoll ideat ġodda lill-għalliema u lill-istudenti biex ikunu jistgħu jippjanaw u jħejju l-programm sportiv rispettiv tagħhom ’il barra mill-klassijiet tal-iskola, bl-iskop aħħari li f’din l-attività jkun hemm kemm jista’ jkun parteċipazzjoni possibbli.

Rikonoxxuti r-rebbieħa tal-Kompetizzjonijiet Nazzjonali tal-Badminton

 

Badminton Malta ċċelebrat staġun ieħor ta’ suċċess permezz ta’ avveniment soċjali fejn ġew ippreżentati t-trofej u l-medalji li ntrebħu matul l-istaġun 2016/17. Il-preżentazzjoni, li saret fil-pixxina l-ġdida ta’ Birżebbuġa, saret mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, li ppreżenta t-trofej u medalji lir-rebbieħa ta’ diversi kompetizzjonijiet li saru fl-aħħar staġun, fosthom il-Kampjonati Nazzjonali tal-2017. Ġew rikonoxxuti b’mod speċjali wkoll il-coaches tal-Akkademja Nazzjonali kif ukoll it-team tal-badminton tal-MESA li rebaħ id-deheb fil-Kampjonati Ewropej tal-Kumpaniji li saru f’Ghent, il-Belġju.Aqra aktar

Titnieda konsultazzjoni pubblika biex nipproteġu l-integrita’ tal-Isport Malti

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima flimkien mal-Malta Football Association ħabbru konsultazzjoni pubblika sabiex isiru l-aħħar tibdiliet fuq l-abbozz ta’ liġi intitolat Att dwar il-Prezenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport qabel il-Gvern jippreżentah għall-approvazzjoni fil-Parlament.Aqra aktar

Seba’ każini tal-banda jigħaqdu – skopri kif!

 Tnieda l-‘International Wind and Percussion Festival’ li qed jiġi organizzat minn seba’ każini tal-banda li qed jikkollaboraw flimkien fuq dan il-proġett. Il-proġett irċieva fondi mill-Aġenzija Żgħażagħ permezz tal-iskema t-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda. Il-proġett se jagħti l-opportunità liż-żgħażagħ biex jattendu workshops mużikali ma’ mużiċisti internazzjonali li huma miżmuma bi stima għolja fl-oqsma rispettivi tagħhom.Aqra aktar

Recording studio għal mużiċisti żgħażagħ

L-Aġenzija Żgħażagħ nediet studio għar-rehearsals/recording biex l-artisti żgħażagħ jipprattikaw u jirrekordjaw id-diski tagħhom, waqt preżentazzjoni ta’ premjijiet lir-rebbieħa tal-iskema Music Quest.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima li kien preżenti għal din it-tnedija, qal li “Aġenzija Żgħażagħ bħal dejjem tkun proattiva u pjattaforma biex inressqu ’l quddiem u nippromwovu t-talenti taż-żgħażagħ tagħna”. Permezz ta’ programmi bħal Music Quest, dawn l-artisti jikkontribwixxu għal ċittadinanza proattiva u kreattiva, bit-tama li żgħażagħ oħra b’ispirazzjonijiet simili, jiġu ispirati għal proġetti artistiċi oħra. Dr Clifton Grima ħeġġeġ liż-żgħażagħ li ħadu sehem f’din l-iskema biex iħeġġu aktar żgħażagħ jipparteċipaw.

Aqra aktar

“Tkompli tispikka l-falsità ta’ Simon Busuttil”

Dan saħqu l-Ministru Owen Bonniċi waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Id-Deputat Laburista Clifton Grima qal li dan huwa skandlu li jibda u jispiċċa mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Dawk ta’ madwaru kollha ħaslu idejhom minn dan il-każ. Mario DeMarco qal li kien jaf bil-laqgħat bejn id-DB u Simon Busuttil iżda ma kienx jaf li qed jitħallsu l-pagi. Alex Perici Calascione, it-teżorier tal-PN u allura l-persuna legalment responsabbli, qal li ma kinitx taf lanqas. Chris Said, eks-Segretarju Ġenerali tal-PN li wkoll qal li ma kienx jaf u ħasel idu.

Grima qal li dan huwa skandlu li fuqu ilna nitkellmu u se nibqgħu nitkellmu. Fakkar li Busuttil huwa kap ta’ Partit li qed jaspira li jmexxi pajjiż li mar HU STESS jitlob li jitħallsu l-pagi tal-ogħla żewġ uffiċjali tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.

Mario DeMarco qal ħaġa oħra importanti l-ġimgħa l-oħra, huwa qatt ma rrefera għall-flus bħala ‘relazzjoni kummerċjali’ kif prova jbenġel l-istorja l-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda donazzjonijiet.

Aqra aktar

Clifton Grima issa Onorevoli

Clifton Grima għadu kemm ħa l-ġurament ta’ lealtà lejn il-Kostituzzjoni, biex issa ħa post Leo Brincat, li rriżenja minn Ministru biex qiegħed iwettaq ħidma fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Preżenti l-Parlament kien hemm il-famija ta’ Grima, li minn issa jissejjaħ Onorevoli.

 

Send this to a friend