Clifton Grima – Page 4 – One News

Notifiki

Investiment ta’ €60,000 fil-pixxina tan-Neptunes

Il-Pixxina tan-Neptunes Waterpolo Club għal sitt xhur fis-sena se tkun qed tissaħħan.

Dan grazzi għall-ftehim bejn Sports Malta u Neptunes club. Bi Sports Malta se tkun qed tinvesti sittin elf ewro sabiex għal spejjeż biex tkun tista tisaħħan il-pixxina.

Il-pixxina se tissaħħan bejn Ottubru u Diċembru u Marzu u Mejju. Il-President tan-Neptunes Waterpolo Club Matthew Bonello esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim.

Aqra aktar

Il-Malta Billiards and Snooker Federation se jospitaw l-ewwel kampjonat dinji tal- World Snooker Federation

Il-Malta Billiards and Snooker Federation se jospitaw l-ewwel kampjonat dinji tal- World Snooker Federation fid-Dolmen Hotel f’Bugibba.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li l-gvern hu mpenjat li jgħin lill-assoċjazzjonijiet bħall-MBSA minħabba li avvenimenti bħal dawn jgħinu lit-turiżmu sportive f’Malta. Huwa wera wkoll li fil-futur qarib, Malta se jkollha l-Akkademja tas-Snooker tagħha stess.

Aqra aktar

Il-Kunsill Studenti Universitarji jniedi aktar minn €60,000 f’fondi għal studenti universitarji

Il-Kunsill Studenti Universitarji nieda l-Programm ta’ Finanzjament għall-2018. Din is-sena l-Kunsill żied il-fondi b’ammont sostanzjali u għamel bidliet varji biex ikompli jgħin lill-istudenti u lill-organizzazzjonijiet tal-istudenti.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, filwaqt li rringrazzja lill-Kunsill tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-istudenti, saħaq li “hu ta’ sodisfazzjon meta nara l-attiviżmu fost l-istudenti u jagħmlu proġetti u jieħdu inizjattivi varji. Ix-xogħol ta’ kull wieħed u waħda minna hu li projpu nsostnu dawn it-tip ta’ inizjattivi u ngħinu lill-kunsilli, għaqdiet u lill-istudenti tagħna sabiex dejjem ikunu jistgħu jaġixxu b’mod awtonomu, li hu importanti ħafna.”

Aqra aktar

Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+

Kienet organizzata konferenza minn EUPA flimkien ma’ SportMalta u MEUSAC biex l-għaqdiet sportivi japplikaw għall-opportunitajiet ta’ finanzjament għall-isports taħt il-programm Erasmus+ ċentralizzat fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Din hija għajnuna biex l-għaqdiet ikunu jistgħu imexxu l-proġetti u ideat tagħhom b’fondi ewropej u anke jingħataw l-opportunità li jkabbru l-esperjenza tagħhom ma’ assoċjazzjonijiet oħrajn madwar l-Ewropa.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li, “l-pjan huwa li jkabbar l-involviment fil-Ġimgħa Ewropea tal-Isport tal-assoċjazzjonijiet sportivi wara li l-fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett qed ikompli jikber.” Grima saħaq li lkoll flimkien jinsabu lesti li jagħtu kull għajnuna li hemm bżonn sabiex l-ammont ta’ applikazzjonijiet ikompli jikber.

Il-programm Erasmus+ fl-isport, li anke wara li Malta fil-Presidenza tagħha kitbet u ġabet l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha għall-European Work Plan for Sport, rat li l-fondi allokati jikbru u l-opportunitajiet jiżdiedu. Proġetti li jvarjaw fl-assistenza minn €60,000 fi proġetti żgħar ta’ kollaborazzjoni sa €400,000 għal proġetti ikbar.

L-intergrità fl-isport, il-ġlieda kontra id-doping, il-governanza tajba, l-intolleranza u id-diskriminazzjoni fl-isport, il-volontarjat u l-inklużjoni soċjali huma t-temi prominenti.

Jinfetaħ uffiċjalment il-‘European Eight Ball Pool Championship’

 Għas-seba’ darba nfetaħ uffiċjalment il-‘European Eight Ball Pool Championship’ ġewwa d-Dolmen Hotel, organizzat mill-Malta Pool Association.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li jinsab kuntent li assoċjazzjoni żgħira kapaċi torganizza dan il-kampjonat kbir b’mod professjonali, u li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jkompli jgħin lil assoċjazzjonijiet bħal dawn, li jgħinu biex jiżdied it-turiżmu lejn il-gżejjer Maltin permezz tal-parteċipazzjoni ta’ tant barranin fl-avvenimenti tagħhom.Aqra aktar

Il-Gvern jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ssir realtà

Il-Malta Motor Sport Federation nidiet illum f’konferenza tal-aħbarijiet, proġett imsejjaħ Future Project  sabiex uffiċċjali lokali jkunu mħarġa professjonalment għal kompetizzjonijiet lokjali u internazzjonali. L-objettiv ta’ dan il-progett huwa li l-uffiċċjali jkunu ċerti minn avvenimenti bi standard ta’ sigurta għoli u fl-istess ħin ikollhom korsijiet rikonoxxuti internazzjonalment. Proġett infinanzjat mill-Unjoni Ewropej permezz tal-programm Erasmus +.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima li kien preżenti għal din l-attività qal li korsijiet bħal dawn huma importanti ħafna fi sport fejn is-sigurtà hija fattur determinant. Huwa qal li Malta f’dan l-isport dejjem kisbet riżultati eċċellenti u għalhekk huma importanti li anke l-uffiċċjali ikun jistgħu mhux biss joperaw Malta, izda anke fix-xena internazzjonali.

Huwa semma li l-Gvern issa ser ikompli jaħdem sabiex it-trakka tal-karozzi ma tibqax biss pjan iżda issir realtà u qal li il-fażijiet ta’ studju għal din il-ħolma ta’ kull dilettant, issa qed jiġu fi tmiemhom u l-proġett kollhu qed isir realtà, u ghalhekk titwettaq il-wegħda tal-Gvern.

Indirizza ukoll din il-konferenza tal-ahbarijiet Tonio Cini, President tal-MMF.

Malta tospita l-kampjonati Ewropej tal-Pool

Illum fil-lukanda Dolmen f’Buġibba ingħata bidu b’konferenza tal-ahbarijiet għall-Kampjonati Ewropej tal-Pool li qed isiru f’pajjizna għas-sebgħa darba bejn it-18 u 23 ta’ Frar.

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima kellu diskors li kien iffukat fuq l-importanza li tournaments ta’ dan il-livell iġibu lejn Malta.  Huwa faħħar lil Malta Pool Association għax-xogħol tagħhom u anke awgura kull success lit-42 player Malti li qed jieħdu sehem f’din l-ogħla kompetizzjoni Ewropeja tal-pool.

Aqra aktar

Miexi sew ix-xogħol fuq il-bini ta’ shooting range

 

Qabad miexi sew x-xogħol fuq ix-shooting range f’Ta’ Kandja, b’ħaddiema jaħdmu bla waqfien biex ilestu l-proġett fil-ħin għall-kampjonat dinji tal-isparar, li se jsir f’pajjiżna f’Ġunju li ġej.

Ix-shooting range kienet waħda mill-wegħdi elettorali tal-Gvern, bix-xogħol fuqha jibda ftit tax-xhur wara l-elezzjoni.

F’Ġunju li ġej, dan il-kumpless se jilqa’ fih l-ewwel kampjonat dinji tal-isparar, li se jġib lejn pajjiżna 300 mitt tiratur, flimkien mat-timijiet u l-qraba tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal ma’ ONE News li bħalissa għaddej xogħol fuq l-strutturi li jilqgħu iċ-ċomb kif ukoll il-livellar tal-art skont l-standards neċessarji li titlob shooting range ta’ din il-kwalita.

Aqra aktar

Illejla jitħabbru l-finalisti ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali 

Illejla fis-7.30pm mistennija jitħabbru l-finalisti tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Sports Malta Awards; Għażliet Sportivi Nazzjonali liema serata ser ssir fis-17 t’ Frar li ġej. Is-serata ser ssir f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-aħħar ħamsa ta’ kull kategorija jidħlu fil-finali. Il-kategoriji huma: Żagħżugħa tas-Sena, Żagħżugħ tas-Sena, Team tas-sena, Kowċ tas-Sena, Uffiċjal tas-Sena, Sportiva tas-Sena u Sportiv tas-Sena.

Bhalma jiġri f’kull edizzjoni, jingħataw tlett rikonoxximenti speċjali; tnejn lil atleti ta’ special olympics u wieħed għall-avveniment internazzjonali tas-sena.

Illejla jitħabbru wkoll il-finalisti tal-People Choice Award li hija l-għażla popolari, ta’ assoċjazzjonijiet u pubbliku inġenerali.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima illum ukoll ser jindirizza il-finalisti waqt l-attivita tal-llejla li ser ssir fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Send this to a friend