Clifton Grima – Page 2 – One News

Żieda ta’ 13% fit-turiżmu sportiv matul l-2017

Ċifri tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu juru li matul l-2017 kien hemm żieda ta’ ‘l fuq minn 13% fit-turiżmu sportiv meta mqabbel mas-sena 2016.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn matulha ngħataw dettalji dwar iż-żjara tat-tim ta’ Fiorentina f’Malta li se jkunu qegħdin jieħdu sehem f’tournament ma’ Gżira United u Hibernians.

Carlo Micallef, il-Kap tar-riklamar fi ħdan l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sostna li t-turiżmu sportiv mistenni jkompli jiżdied matul is-ena.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport Clifton Grima, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li timijiet barranin qed jagħżlu Malta għat-taħriġ tagħhom.

“Naħseb li din hija xi ħaġa pożittiva, xi ħaġa li rridu nkomplu nibnu fuqha, xi ħaġa li għandna nassiguraw ruħna li ma tkunx okkażjoni ta’ darba iżda xi ħaġa kontinwa u dan sabiex nimxu fuq it-triq li qbadna, li jkollna investiment qawwi f’dik li hija infrastruttura sportiva ġewwa pajjiżna sabiex inkomplu nkabbru t-turiżmu sportiv f’pajjiżna”.Aqra aktar

Il-Gvern jagħti €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor biex issir aktar aċċessibbli

Ftehim bejn il-Gvern u s-Soċjetà Mużikali San Girgor ta’ Tas-Sliema wassal biex l-istess għaqda mużikali tirċievi €10,000 mill-Fond ta’ Kontinġenza għall-għaqdiet volontarji. B’dawn il-flus, is-Soċjeta Mużikali San Girgor se tinstalla glass cladding madwar il-lift sabiex ikun jista’ jintuża u b’hekk tiżdied l-aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità.Aqra aktar

Ftehim bejn in-Nature Trust u l-Volontarjat biex iż-żgħażagħ ikunu l-aġenti għall-iżvilupp sostenibbli

Imnedija skema ta’ skambji bejn l-iskejjel u l-komunità bil-għan li tiffaċilita azzjoni sostenibbli mibdija miż-żgħażagħ fil-komunità. L-iskema hija maħsuba biex tappoġġa finanzjarjament l-istituzzjonijiet post-sekondarji li jipparteċipaw fil-programm EkoSkola fil-pjan tagħhom biex ifasslu proġetti oriġinali u innovattivi mmirati lejn il-komunità biex jippromwovu prattiċi sostenibbli.Aqra aktar

Inawgurata l-ewwel Akkademja tal-isnooker f’pajjiżna

Ġiet inawgurata l-ewwel Akkademja tas-Snooker f’Malta fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assunta b’investiment ta’ €700,000. Il-faċilità ġdida tas-snooker hija t-tieni parti mill-proġett sportiv għall-kumpless ta’ Maria Assunta li s’issa diġà għandu ground tal-football u huwa ppjanat li jkun hemm sala tal-handball, padiljun għal sport varji, sala għat-table football, u sala oħra għall-boċċi.

Aqra aktar

Tinfetaħ l-ewwel Akkademja tal-isnooker f’Malta

Fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assumpta fil-Ħamrun, twaqqfet l-ewwel akkademja tal-isnooker f’Malta.

Fost il-ħafna atleti li jipprattikaw dan l-isports, kien hemm preżenti erba’ Maltin li għamlu unur lil Malta kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, fosthom Tony Drago, Pawlu Mifsud, Guzi Grech u Alex Borg.Aqra aktar

ARA: Inawgurat il-proġett tal-hill climb fl-Imtaħleb

Illum, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawguraw b’mod uffiċjali l-proġett li twettaq fl-Imtaħleb, fil-limiti tar-Rabat.

Aqra aktar

Send this to a friend