clean up | One News

Notifiki

Jinġabru 128 tunnellata ta’ skart f’Birżebbuġa

Fl-aħħar erbat ijiem, għaxar ħaddiema mid-Diviżjoni għat-Tindif ġabru mal-mija u tmienja u għoxrin tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor li ħammġu u kerrhu ż-żona tal-Girgħien f’Tal-Papa f’Birżebbuġa.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni, Ramon Deguara, qal li fl-ewwel tliet xhur tas-ena, il-ħaddiema tad-Diviżjoni ġabru ’l fuq minn erbat elef u ħames mitt tunnellata ta’ skart illegali waqt li s-sena li għaddiet inħarġu ’l fuq minn elf u mitejn ċitazzjoni fil-konfront ta’ persuni li nqabdu jarmu barra.

“F’dawn l-aħħar tliet xhur inħarġu madwar ħames mitt ċitazzjoni għal min abbuża kemm minn sempliċiment borża tal-iskart illi tinħareġ fil-ġurnata l-ħażina, kif ukoll għar-rimi llegali tal-iskart”

Waqt li kienu għaddejjin l-aħħar xogħlijiet ta’ tindif f’Birżebbuġa, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, semma kif dan l-aġir irresponsabbli jrid jispiċċa.

“Isiru aktar aware u jkunu aktar aware ukoll minn numri li għandna available, mill-app online. 1718 biex jiġbrulek l-iskart jekk għandek skart żejjed jew ma tafx x’se tagħmel bih u fl-istess ħin hemm app biex ikoll tirraporta. Ħalli kemm jista’ jkun inkunu kollha qed niġbdu ħabel wieħed ħalli jkollna Malta dejjem isbaħ.”

Il-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-sena l-oħra biss id-Diviżjoni neħħiet aktar minn 16-il elf tunnellata ta’ skart mormi illegalment. Qal li din id-diviżjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li pajjiżna jinżamm nadif u miżmum sew.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, li l-Uffiċjali tal-Komunità qed ikunu aktar qrib il-bżonnijiet tal-komunità. Qal li l-investiment li qed isir fl-operat tal-LESA, li qed taħdem id f’id mad-diviżjoni għall-Indafa, se jwassal għal servizz aħjar liċ-ċittadin.

ARA: Clean UP fil-Floriana

Il-lokal tal-Floriana llum ingħaqad għal jum ta’ tindif. L-avveniment “Żomm l-Indafa fil-Floriana” se tkun qed issir bejn it-08:30 u s-13:00, hekk kif dan il-lokal jospita numru ta’ organizzazzjonijiet, negozji, u ambaxxati ewlenin.

Aqra aktar

In-nies iħammġu u l-volontiera jnaddfu

Matul dan is-Sajf il-volontiera tal-Emergency Response and Rescue Corps għamlu tindif f’diversi bajjiet turistiċi madwar Għawdex u Kemmuna.  Dawn il-bajjiet jinkludu r-Ramla, Mġarr ix-Xini, Ħondoq, Dwejra u Marsalforn f’Għawdex kif ukoll il-Blue Lagoon f’Kemmuna.
Aqra aktar

Send this to a friend