ċittadinanza | One News - Part 2

Notifiki

“Simon Busuttil f’paniku malli nduna li Malta diġà daħħlet iktar minn €300 miljun mill-IIP”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tgħid li malli ġie ppubblikat ir-rapport tar-regolatur indipendenti li kkonferma kemm il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qed iwassal għal suċċess bla preċedent f’pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni nħakem minn disprament politiku.

Aqra aktar

Grazzi għall-IIP, għaqdiet volontarji u filantropiċi jieħdu aktar minn MILJUN ewro

Minn meta daħal fis-seħħ il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda, saru 169-il għotja lill-għaqdiet filantropiċi jew organizazzjonijiet mhux governattivi Maltin, b’total globali ta’  €1,438,100.

Dawn huma għotjiet li saru minn min investa fil-programm u kiseb ċittadinanza Maltija. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt programm fuq l-istazzjon nazzjonali.

Aqra aktar

L-IIP bin-numri

It-tielet rapport tar-regolatur dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment mhux biss huwa xhieda tas-suċċess li qed ikollu dan il-programm, iżda wkoll tas-serjetà li l-programm ta’ pajjiżna jitmexxa bih. Ir-regolatur jagħmel dan ċar f’numru ta’ partijiet minn dan ir-rapport fejn fost oħrajn jistqarr:  “Dak li sibna f’dan ir-rapport huwa mhux biss huwa inkoraġġanti iżda indikazzjoni tas-suċċess enormi ta’ dan il-programm fi tletin xahar biss minn meta tnieda uffiċjalment.  Jirrifletti wkoll l-esperjenza li akkumultat fl-aħħar sentejn u nofs, kif ukoll id-diliġenza li biha l-proċess jitmexxa minn dawk kollha involuti.”

Aqra aktar

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment f’pajjiżna jservi ta’ eżempju għal pajjiżi oħra

F’Londra, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici indirizza l-għaxar edizzjoni tal-konferenza dwar ir-residenza globali u ċ-ċittadinanza, organizzata minn Henley and Partners, fejn Malta ntużat bħala eżempju ta’ pajjiż li qed iħaddem programm li jħalli l-frott, iżda li fuq kollox huwa mmexxi b’mod serju u sigur.
Aqra aktar

Oppożizzjoni li se tibqa’ kontra l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment

Huwa ċar li l-Oppożizzjoni se tkompli tinsisti fuq l-attitudni distruttiva li għażlet li tieħu sa mill-ewwel jum li tħabbar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Dan qalu l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fi stqarrija, b’reazzjoni għal konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ aktar kmieni l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami.

Interessanti li, wara sentejn tgħid li l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment huwa wieħed li “jaħbi” lil min jieħu sehem f’dan il-programm, l-Oppożizzjoni tiddentifika nies li tgħid li huma parti mill-programm.

Aqra aktar

Send this to a friend