ċittadinanza | One News

Notifiki

Aktar minn €432,000,000 mill-programm ta’ ċittadinanza b’investiment

Id-dħul fil-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda kien ilaħħaq għal aktar minn 432 miljun ewro.

Dan tħabbar fi stqarrija tal-Bord tal-Gvernaturi ta’ dan il-fond. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern u twaqqaf biex jamministra 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet li tirċievi mill-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Il-Bord tal-Gvernaturi qal li matul l-istess perjodu, il-Fond investa aktar minn 130 miljun ewro f’investimenti lokali rreġistrati fuq il-Borża ta’ Malta flimkien ma’ Stocks tal-Gvern.Aqra aktar

ARA: Jitilgħu għal 600 l-għotjiet minn tal-IIP

Telgħu għal 600 d-donazzjonijiet minn applikanti tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment li fost l-impenn tagħhom li bħala ċittadini ġodda ta’ dan il-pajjiż jżommu rabta ma’ Malta hemm il-filantropija u l-għajnuna lil dak li jagħmilna Maltin.

Aqra aktar

Dawra durella u inċertezza dwar l-IIP mill-PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jdur minn pożizzjoni għall-oħra dwar il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.

L-aħħar pożizzjoni hi dik li l-Partit Nazzjonalista issa m’għandux pożizzjoni, anke jekk qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali wiegħed li se jżomm il-programm.

Kien il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, David Agius, li ma’ The Malta Independent qal li l-Partit Nazzjonalista m’għandux pożizzjoni.

Aqra aktar

Xejn inqas minn €216,760,949 miċ-Ċittadinanza b’investiment għall-Fond Soċjali tal-Iżvilupp Nazzjonali

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali fi stqarrija ħabbar li d-dħul tal-Fond sal-aħħar ta’ April, 2017, jammonta għal €216,760,949.

L-ebda ammont ma ġie miġbud s’issa mil-Fond u d-dħul kollu huwa miżmum f’kont segregat li għandu l-NDSF mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-Gvern stabbilit għall-iskop li jamministra sebgħin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mill-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta, mniedi permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija.

840,000 ĊITTADINANZA ĠDIDA FL-UNJONI EWROPEA

Iċ-ċittadanzi lill-persuni minn pajjiżi oħra li ngħataw minn Malta huma taħt il-medja fl-Unjoni Ewropea.

Qalet din statistika tal-Eurostat li uriet kif is-sena li għaddiet Malta tat sitt mija erbgħa u sittin ċittadinanza. 

Erbgħin fil-mija taċ-ċittadini li kkwalifikaw għaċ-ċittadinanza f’Malta kienu Russi. Warajhom, tmienja fil-mija kienu Ingliżi filwaqt li kważi erbgħa fil-mija kienu Ukreni.

Aqra aktar

9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija f’ħames snin

 Mill-2010 sa Frar li għadda, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza rċieva total ta’ 9,725 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija.

Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li minn dawn, 1,994 applikazzjoni għadhom qed jiġu pproċessati.

Aqra aktar

390 Ingliż ieħor iridu ċittadinanza Maltija

Is-sena li għaddiet kien hemm 390 Ingliż li għamlu talba għal ċittadinanza Maltija mal-Awtoritajiet Maltin.

Din hija żieda sinifikanti fuq is-sena ta’ qabel meta l-Aġenzija Identità Malta rċeviet 196 talba għal ċittadinanza Maltija minn persuni ta’ nazzjonalità Ingliża. Naturalment din hija konsegwenza diretta ta’ Brexit fejn il-maġġoranza tal-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li xejn ma niżlet tajjeb ma’ Ingliżi li jgħixu f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta.

Dan għax bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea jgawdu minn moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiż ieħor igawdu minn iktar drittijiet. Xi ħaġa li forsi ma kinetx fuq l-aġenda ta’ dawk li fost ir-raġunijiet li vvotaw kontra hemm li ma jridux persuni minn pajjiżi oħra jkollhom l-istess drittijiet li għandhom huma fir-Renju Unit.

Aqra aktar

L-MFA diġa ħerqana għaċ-ċittadinanza bil-mertu

Fost l-ewwel assoċjazzjonijiet lokali li tkellmu b’mod pożittiv dwar il-proposta imnedija lbieraħ ta’ ċittadinanza għall-mertu kien hemm l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, l-MFA. It-tnedija tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Inizjattiva Ċittadinanza għall-Mertu saret ilbieraħ mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Aqra aktar

Send this to a friend