citazzjoni – One News

Notifiki

Il-flus li nġabru minn ċitazzjonijiet jingħataw lura lill-komunità

Il-flus li ġabret l-Aġenzija dwar l-Infurzar Lokali minn ċitazzjonijiet qed jingħataw lura lill-komunità.

B’total ta’ miljun ewro, minn dawn il-fondi, €600,000 tqassmu lill-Kunsill Lokali kollha biex jirranġaw t-toroq tal-lokal, €300,000 ingħataw lil reġjuni lokali għal attivitajiet kulturali u €100,000 ngħataw lil Teatru Malta biex tagħmel proġetti kulturali fil-lokalitajiet.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo.

Aqra aktar

Il-Pulizija qed tfittex persuna li serqet l-apparat ta’ warden f’rabja u saqet ‘l hemm

Ninsabu informati li f’Birżebbugia, persuna li ngħatat ċitazzjoni minn warden spiċċat aggredietu, serqitlu l-apparat u saqet ‘l hemm.
L-inċident seħħ fis-14:15 għall-inħawi tal-Qajjenza. Il-warden ma weġġax iżda naturalment sofra qatgħa.
Min għandu xi informazzjoni mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija.
Dan huwa t-tieni inċident fil-konfront ta’ warden dawn l-aħħar jiem.

Is-Sezzjoni Kunsilliera PL tilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-‘warning ticket’

Permezz ta’ stqarrija s-Sezzjoni Kunsilliera Partit Laburista qalet li qed tilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-‘warning ticket’ li daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem ilu. Proposta li l-membri tagħha kienu ressqu ‘l quddiem diversi xhur ilu.

Dan għaliex is-Sezzjoni Kunsilliera PL temmen li r-rwol tal-gwardjan m’għandux ikun biss li jħarrek fuq l-inqas kontravenzjoni iżda għandu jkun hemm biex jipprevjeni milli jsir in-nuqqas. Temmen ukoll li minnha nnfisha, din is-sistema se twassal sabiex tiddaħħal iktar dixxiplina fis-sewqan għaliex meta individwu tkellmu bil-kelma t-tajba, il-messaġġ jasal ħafna iktar milli tuża’ s-sistema bħala magna li tagħmel il-flus, xi ħaġa li tnissel rabja fiċ-ċittadin.

Aqra aktar

Ġieli waqaft ġirja tixtri u kif ħriġt sibt ċitazzjoni? – il-Gvern b’inizjattiva favurik

Ġieli ġratlek li waqaft b’ħarba tixtri xi ħaġa, u kif ħriġt mill-ħanut sibt ċitazzjoni  mal-karozza? Issa l-Gvern nieda sistema ta’ biljetti ta’ twissija – karta safra jekk nużaw il-metafora tal-futbol –  dan għax il-Gvern irid li s-sistema ta’ infurzar toffri opportunità lil dak li jkun biex jirregola lilu nnifsu.

“Irridu nżommu d-dixxiplina anke fit-twissija. Għalhekk smajna t-talba tan-nies u issa għandna programm ta’ biljetti ta’ twissija li se jibdew jinħarġu minn għada stess. Dan il-biljett ta’ twissija jista’ jingħata fuq  Silencer difettuż, dawl ma jaħdimx, parkeġġ illegali, fanal imkisser, liċenzja mhux mwaħħla u vettura mhux kundizzjoni tajba għat-triq.”

Aqra aktar

2,357 ċitazzjoni fl-2016 f’San Ġiljan

San Ġiljan kien il-lokalità li tul is-sena tal-2016 ingħataw l-akbar numru ta’ ċitazzjonijiet, dan hekk kif ingħataw 2,357 ċitazzjoni.

Din l-informazzjoni ħarġet wara li d-deputat Nazzjonalista Ryan Callus staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Joe Mizzi,  għal lista ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw bejn is-snin 2013 u l-2016 ta’ kull lokalità.

Aqra aktar

6,440 sewwieq jeħluha

Kienu 6,440 is-sewwieqa li l-pulizija, il-gwardjani lokali u uffiċjali ta’ Transport Malta qabdu jużaw it-telefon ċellulari waqt li kienu qed isuqu u ngħataw ċitazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend