ċiniżi – One News

Notifiki

Jitħarrġu dwar l-anzjani hawn Malta

‘‘Huwa siewi ferm li pajjiżna jaqsam tagħrif u esperjenzi ma’ pajjiżi oħra fil-qasam tal-anzjani, iktar u iktar meta l-bidla demografika mgħaġġla saret waħda globali u toffri sfidi komuni għal kull pajjiż’’.

Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fil-ftuħ ta’ kor ta’ taħriġ fil-ġerentoloġija u fil-ġerjatrika għal uffiċjali Ċiniżi mill-Beijing Civil Affairs Bureau, organizzat mill-Istitut Internazzjonali dwar l-Anzjanità tal-Ġnus Magħquda bbażat f’Malta.

Aqra aktar

Addio traffiku – Iċ-Ċiniżi sabu soluzzjoni!

F’Mejju konna smajna dwar il-mudell innovattiv ta’ trasport pubbliku ‘Transit Elevated Bus’ (TEB), li mhux kulħadd kien emmen li seta’ jsir – iżda din l-istruttura nbidlet f’realtá hekk kif bdiet l-ewwel prova tagħha f’ Qinhuangdao, Hebe. Il-passiġieri jitpoġġew bilqiegħa f’kompartament li jgħaddi minn fuq vetturi oħra. Dan it-tip ta’ mudell għandu l-għan li jutilizza aħjar it-triq.

Aqra aktar

Send this to a friend