cinema – One News

Notifiki

Minn nhar il-Ġimgħa fiċ-ċinema se tkun tista’ tara storja tal-waħx bil-Malti

Minkejja l-isfidi li ġġib magħha l-industrija lokali tal-films, id-direttur u l-producer tal-films Malti Mark Doneo ma jaqtax qalbu milli jkompli jwassal fis-swali taċ-ċinema ta’ pajjiżna films bil-Malti. Bħal fil-każ tal-film ġdid tiegħu, ‘Hemm Dar fil-Qala’, film ġdid maħdum kompletament minn crew u atturi Maltin. Aqra aktar

Bohemian Rhapsody u Titanic kienu l-aktar films li l-Maltin marru jaraw fiċ-ċinema

Bohemian Rhapsody u Mamma Mia Here We Go Again kienu l-aktar żewġ films popolari f’pajjiżna matul is-sena li għaddiet. Dan skont stħarriġ li wettqet KRS, il-kumpanija Maltija li ġġib il-films f’pajjiżna.

Fil-fatt dak il-film li jfakkar il-leġġenda Fredie Mercury u l-grupp Queen dam fl-ewwel post tal-aktar film li ra nies għalih fis-swali taċ-ċinema għal seba’ ġimgħat sħaħ.Aqra aktar

Sena mill-aqwa għaċ-ċinema fl-Ewropa

L-2018 mistennija tkun sena rekord ta’ persuni li marru ċ-ċinema fl-Ewropa. Studju fl-Ewropa juri li mhux anqas minn 176 miljun persuna għażlu li jaraw film fis-swali taċ-ċinema. Din hija l-ogħla rata mill-1970 s’issa, u żieda ta’ sitt miljun persuna meta mqabbel mal-2017.

Fl-Ewropa, iċ-ċinema mmistennija ddaħħal ftit anqas minn żewġ biljun ewro sal-aħħar ta’ din is-sena.Aqra aktar

Fl-2016 inqas persuni għażlu li jaraw film fiċ-ċinema

Fl-2016, is-swali taċ-ċinema f’Malta u Għawdex urew 391 film differenti u kellhom total ta’ 672,487 ammissjoni. Bl-aktar films popolari kienu Finding Dory, Deadpool u The Secret Life of Pets.

Is-sena li għaddiet f’pajjiżna kellna tmien swali taċ-ċinema miftuħa għall-pubblika, li tnejn minnhom jinsabu f’Għawdex. Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-istatistika dawn is-swali kellhom total ta’ 35 screen u jesaw 6,771 persuna. 26 minn 35 sala taċ-ċinema kienu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà.

Aqra aktar

Beauty and the Beast l-iktar film segwit mill-Maltin

Fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, l-pubbliku Malti ra l-iktar il-film Beauty and the Beast. Film li kien ibbażat fuq l-istorja tant popolari ta’ Disney tal-bestja u s-sabiħa. B’dan il-film issa sar ir-raba’ l-aktar film li kellu dħul hawn Malta. Fl-ewwel post jibqa’ l-film li għadu popolari sal-lum-il ġurnata Titanic, segwit minn The Passion of the Christ u Avatar.

Aqra aktar

Assassin’s Creed inġibed Malta – il-produtturi fittxu madwar l-Ewropa kollha!

Assassin’s Creed, ibbażat fuq video game popolari, għandu partijiet sostanzjali minnu miġbuda hawn Malta.

B’Michael Fassbender fir-rwol prinċipali, ħafna mill-azzjoni inġibdet fuq set mibni minn Maltin fil-Forti Ricasoli u l-Forti Manoel. Postijiet oħra jinkludu l-bażilika ta’ San Duminku fil-Belt Valletta, il-forti ta’ Dellimara u binjiet oħra fil-Belt Valletta.

Aqra aktar

4,500 jaħdmu bis-saħħa tal-films

Kien hemm madwar 4,500 persuna li ħadmu fl-industrija tal-films grazzi għas-sena rekord li din l-industrija kellha s-sena li għaddiet. Elfejn persuna ħadmu bħala membri tal-crew u madwar 2,500 ħadmu bħala extras u atturi.

“Fir-rigward ta’ impjiegi indiretti, dawn il-produzzjonijiet jiġġeneraw eluf ta’ impjiegi illi huwa diffiċli ħafna jiġu kkwantifikati,” qal il-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb domanda parlamentari dwar l-industrija. Is-sena li għaddiet, kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni fl-industrija tal-Films. Minbarra films li ġew attirati, numru kbir ta’ sensiliet għat-televizjoni internazzjonali u produzzjonijiet ta’ reklami għal ditti rinomati nefqu miljuni ta’ ewro f’pajjiżna. Din l-industrija kompliet tagħti kontribuzzjoni importanti lill-ekonomija ta’ Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend