cina – Page 4 – One News

Notifiki

Għaxar studenti mill-għaqda Pulse fi triqithom lejn Beijing

Grupp ta’ għaxar studenti mill-għaqda tal-istudenti progressivi Pulse, li tirrappreżenta studenti Universitarji, mill MCAST u mill-Junior College, dalgħodu ħallew Malta għal Beijing, għal żjara ta’ għaxar t’ijiem fiċ-Ċina. Din iż-żjara saret possibbli bil-kuntatti li għamel il-President tal-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, l-ex Ministru Reno Calleja, u sħabu tal-eżekuttiv li kollha huma volontiera.

Jarhom iħallu Malta kien hemm Calleja nnifsu li fakkarhom li huma qed jirrappreżentaw lil Malta u għalhekk għandhom responsabbiltà fuq spallejhom.

Aqra aktar

Il-każ misterjuż tal-għibien ta’ Winnie the Pooh

Jekk sejjer iċ-Ċina, issemmix lil Winnie The Pooh. Li hu żgur hu li fuq social media ma tistax issibu. L-awtoritajiet Ċiniżi ddeċidew li jisparixxu kull traċċa ta’ Winnie, tant li jekk tfittxu fuq is-sistema Ċiniża tal-internet, jitilgħu bissa il-kliem: ‘Dan il-kontenut huwa illegali’. Is-sistema ta’ social messaging WeChat saħansitra ħassret kull ‘gif’ relatata mal-ors isfar.Aqra aktar

Ġemellaġġ bejn l-Imdina u Dongcheng iċ-Ċina

Il-bieraħ ġie ffirmat Memorandum of Understanding għal ġemellaġġ bejn il-Belt tal-Imdina u d-distrett Ċiniż Dongcheng f’Beijing. Għal dan l-iffirmar kienu preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Sivio Parnis, l-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina, l-E.T. John J. Aquilina, l-Ambaxxatur taċ-Ċina għal Malta, l-E.T. Jiang Jiang, is-Sindku tal-Imdina Peter Dei Conti Sant Manduca, l-Konsulent tal-Kunsill ta’ Dongcheng, Zhang Jiaming u Reno Calleja l-President tal-Malta China Friendship Society.

Aqra aktar

140 persuna neqsin wara li ġġarfet parti minn muntanja fiċ-Ċina

Aktar minn 140 persuna huma maħsuba li ntradmu taħt tunnellati ta’ ġebel wara li xita qawwija laqtet lill-provinċja ta’ Sichuan fiċ-Ċina.

Madwar 40 dar spiċċaw fix-xejn fil-villaġġ ta’ Xinmo wara li l-muntanja ġġarfet għal fuq l-istess villaġġ il-Ġimgħa filgħaxija.

Fuq il-post issejħu timijiet tas-salvataġġ fejn bħalissa għaddejjin b’ħidma kontinwa sabiex isalvaw persuni li għadhom maqbuda taħt it-tifrik.

 

Tliet Pulizija midruba u 35 persuna arrestati waqt protesti fi Franza dwar il-qtil ta’ raġel Ċiniż

Nuqqas ta’ qbil u protesti kbar f’Pariġi dwar il-qtil ta’ raġel Ċiniż ħallew tliet uffiċjali tal-Pulizija midruba u diversi persuni oħra arrestati.

Demostranti ngħaqdu barra l-Għassa tal-Pulizija f’Pariġi lbieraħ bħala forma ta’ rispett lejn ir-raġel li nqatel.

Il-familja tiegħu qed tiċħad r-rapport tal-Pulizija, li l-istess raġel attakka uffiċjal b’oġġett bil-ponta meta ġew biex jirrispondu għar-rapporti li saru fuq il-midja dwar il-ġlieda li seħħet f’residenza.

Aqra aktar

Ta’ 20 sena tfittex lill-ġenituri bijoloġiċi tagħha – iċemplulha 50 familja

Meta Jenna Cook marret lura lejn iċ-Ċina fl-età ta’ 20 sena biex tfittex lill-familja bijoloġiċi tagħha, kienet taf li ma kinitx se tkun faċli. Iżda li ma stennietx kien li se tkun qed tiltaqa’ ma għexieren ta’ familji li bdew jittamaw li kienet it-tifla taghħom il-mitlufa.

Kien lura f’Marzu tal-1992 meta qrib stazzjon ta’ tal-linja fil-belt Ċiniża Wuhan, xi ħadd abbanduna tarbija. Hi probbabiltà kbira li min abbandunaha, kompla jsegwi mill-bod biex jara li tiġi miġbura minn xi ħadd, fejn hekk seħħ u minn hemm ittieħdet fid-dar tat-tfal qrib fejn instabet. Hi ngħatat l-isem ta’ Xia Huasi, u data tat-twelid.

Ir-regola li kellha ċ-Ċina dwar familji jkollhom wild wieħed fissret li familji jirċievu multi kbar jekk ikollhom ħafna tfal. Iżda fl-istess waqt, hi llegali li tabbanduna tfal li ma jkunux iridu.

Aqra aktar

Ikkonfiskat pakkett li kellu fih $50,000

Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ pakkett b’$50,000 fih waqt li kienu xogħol fl-Uffiċċju tal-Malta Post Office.

Is-sejba saret meta waqt li kienu qed jaraw pakketti li waslu miċ-Ċina, wieħed mill-pakketti li kien iddikjarat bħala oġġett li jintuża fid-dar qajjem suspett minħabba l-forma li kellu. Kien għalekk li l-uffiċjali ddeċidew li jgħadduh taħt il-maġna tal-X-Ray fejn ir-riżultat wera li dak li kien iddikjarat ma kienx minnu.

Aqra aktar

Send this to a friend