cina – Page 3 – One News

Notifiki

Mara tqila ssib far mejjet fis-soppa

Mara tqila kellha esperjenza mhux tas-soltu f’ristorant popolari tal-ikel ċiniż, meta f’platt soppa sabet far mejjet.

Ir-ristorant issa tilef mal-$190miljun wara diversi ritratti tal-far spiċċaw fuq l-internet. Ir-ristorant ġie sospiż mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika tal-provinċja ta’ Shandong fiċ-Ċina.Aqra aktar

Iċ-Ċina u l-Korea jikkonfermaw iż-żjara ta’ Kim Jong

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, kien ikkonfermat li l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un żar iċ-Ċina.

Iż-żjara kkonfermata miċ-Ċina u l-Korea ta’ fuq, tfisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej seba’ snin ilu.

Qiegħed ikun irrapurtat li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ success.

Iċ-Ċina hija l-alleat ekonomiku ewlieni tal-Korea ta’ fuq u kien mistenni li tikkonsulta ma’ Beijing qabel is-summits ippjanati mal-Korea t’isfel u l-Istati Uniti.

Kim mistenni jiltaqa’ mal-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in f’April u mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump f’Mejju.

Bil-Filmat: Serqa tmur ħażin

Serqa marret ħażin f’ Shangai fic-Cina fejn żewġ ħallelin pruvaw jisirqu minn ħanut billi jkissru l-faċċata tiegħu.

Mill-filmat jidher li din marret ħazin, meta wieħed mill-ħallelin tefa’ l-ġebla lil sieħbu meta ma kkalkulax il-ħin sakemm għadda minn quddiem il-viżta tiegħu, bil-konsegwenza li spiċċa fl-art.

Kul wirdiena u titwal

Hekk jgħid u jemmen Kim Wong, Ciniż ta’ 52 sena li jgħid li kemm ilu jiekol wirdien, twal mas-7 ċentimetri.

Hu jgħid li fil-bidu tqażżeż imma llum qisu qed jiekol marshmallow u ma jiddejjaq xejn jagħmel hekk, ġaladarba jara riżultat.

Hija norma li ċ-ċiniżi jieklu ikel mhux tas-soltu imma li tiekol wirdiena, ma tinżilx tajjeb ma’ ħafna.

32 persuna mitlufa wara ħabta ‘l barra mill-Kosta Ċiniża

32 persuna ġew irrapurtati mitlufa wara li tanker taż-żejt u vapur tal-merkanzija ħabtu ‘l barra mill-kosta Ċiniża l-bieraħ filgħaxija. It-tanker li kien qed iġorr 136,000 tunnellata ta’ żejt Iranjan ħa n-nar wara l-ħabta. Intqal li l-kru li kien jikkonsisti minn 21 persuna ġie salvat. Il-Ministeru tat-trasport Ċiniż qal li l-persuni mitlufa huma: 30 Iranjan u żewġ persuni mill-Bangladesh. Intbagħtu tmien vapuri tas-salvataġġ fuq il-post għall-ewwel għajnuna.

Ir-rapport kif deher fuq il-mezzi soċjali tal-midja Ċiniża:

Ftehim ġdid għal aktar koperazzjoni fil-qasam tat-turiżmu bjen Malta u ċ-Ċina

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-kumitat responsabbli mill-iżvilupp tat-turiżmu fil-Provinċja Ċiniża ta’ Guizhou iffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni li se jwassal għal sħubija u ħidma konġunta bejn iż-żewġ partijiet. 

Permezz ta’ dan il-ftehim, li se jibqa’ fis-seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2019, in-naħa Maltija u dik Ċiniża se jesploraw mezzi kif jistgħu ikabbru l-iskambju fil-qasam turistiku. Il-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-għarfien u l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ naħat, kemm fejn jidħlu dipartimenti fis-settur, kif ukoll b’rabta ma’ intrapriżi u istituzzjonijiet fil-qasam turistiku. Se jara wkoll li jkun hemm parteċipazzjoni f’fieri reltati mat-turiżmu fiż-żewġ pajjiżi.  

Aqra aktar

Send this to a friend