cina | One News

Notifiki

Il-Gvern bi ftehim ma’ Shanghai Electric Power għal riċerka dwar l-enerġija u l-ilma

Il-Gvern Malti ffirma ftehim ma’ Shanghai Electric Power, biex ikabbar il-koperazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina f’dik li hi riċerka fis-setturi tal-ilma u l-enerġija. Il-ftehim kien iffirmat waqt żjara li għamel il-Ministru Joe Mizzi fiċ-Ċina, fejn matulha ltaqa’ ma’ Wang Huaming, il-General Manager ta’ Shanghai Electric Power.Aqra aktar

Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina

Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina.  Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.

L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.

Kim Jong-un bi żjara mhux imħabbra fiċ-Ċina

Il-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un wasal f’Beijing għal żjara mhux imħabbra uffiċjalment, fuq stedina tal-President Ċiniż,Xi Jinping. Kim se jkun fiċ-Ċina sal-10 ta’ Jannar flimkien ma’ martu, Ri Sol-ju.

Iż-żjara qed issir fost rapporti li qed isiru negozjati għat-tieni summit bejn Kim u l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

It-tnejn li huma ltaqgħu l-ewwel darba f’Ġunju li għadda.

L-Istati Uniti u ċ-Ċina lejn ftehim dwar in-negozji

Delegazzjoni tal-Istati Uniti se żżur iċ-Ċina l-ġimgħa d-dieħla għal taħdidiet maħsuba biex inaqqsu l-gwerra ta’ negozju li hemm bejn l-akbar żewġ ekonomiji fid-dinja. Is-sena li għaddiet, iċ-Ċina u l-Istati Uniti imponew tariffi fuq aktar minn tliet mitt biljun dollaru fuq affarijiet ta’ xulxin.

Il-laqgħa tal-ġimgħa d-dieħla mistennija tkun l-ewwel waħda minn mindu ż-żewġ pajjiżi qablu li ma jimponux tariffi ġodda għal 90 jum.

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Ċiniż, Xi Jinping qablu mal-waqfien temporanju fl-1 ta’ Diċembru.

Tfal attakkati fi skola minn mara li kienet qed iġġorr sikkina

14-il tifel u tifla kienu attakkati minn mara li kienet qed iġġorr sikkina f’kindergarten fiċ-Ċina.

Il-mara, li għandha 39 sena, qed tinżamm mill-Pulizija.

It-tfal ittieħdu b’urġenza fi sptar fil-viċinanzi għal aktar kura. Għadu mhux magħruf jekk xi wħud minnhom humiex fil-periklu li jitilfu ħajjithom.

Send this to a friend