Chris Said – One News

Chris Said imgiddeb fuq tniġġis f’Xatt l-Aħmar

Dak allegat mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said kien imxejjen għal kollox mill-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali. Said kien qed jilmenta fuq il-midja soċjali li kien hemm ħmieġ tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Xatt l-Aħmar, Għawdex. Madanakollu, investigazzjoni li saret mid-Dipartiment ikkonfermat li ma kien hemm ebda tniġġis jew drenaġġ f’dawn l-inħawi.Aqra aktar

Said ma’ Busuttil u jikkritika l-istil Delia

B’mod iktar diplomatiku Chris Said ukoll ħa l-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil meta fuq facebook kiteb għall-ebda raġuni ma “għandna naqgħu fin-nassa li qed issirilna minn barra, f’attentat ċar biex iġġib qasma bejnietna – dik li nikinsu l’ hemm lil xi wħud minna stess.”

Din kienet dikjarazzjoni ċara li ma jaqbilx li jkun sospiż mill-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, il-moħħ wara l-inkjesta Egrant. Iktar minn hekk ikkritika b’mod ċar l-istil ta’ Delia mingħajr ma semmih b’ismu.

Dan għax l-għada li Delia mar jitkellem fuq Net Television u kien iebes lejn Simon Busuttil li ddeskrivieh bħala “ta’ qablu” Said kiteb: “Id-diskussjoni dwar liema hi l-ahjar pożizzjoni li għandha tiġi adottata quddiem dan l-abbuż ta’ poter u korruzzjoni li għandna f’pajjiżna għandha ssir fi ħdan il-Partit.”

Fl-istess ħin li għamel dawn id-dikjarazzjonijiet qal li lest jieħu rwol fil-Partit Nazzjonalista biex iwassal għal xi tip ta’ ftehim.

“Lest nagħti sehmi biex ningħaqdu aktar minn qatt qabel. Lest nagħti sehmi biex ma nħallux lil ħaddieħor jiddettalna x’għandna nagħmlu. Għalhekk qed inpoġġi ruħi għad-dispożizzjoni tal-Partit biex internament ngħin ħalli nsibu t-triq li tgħaqqadna u li tagħmilna oppożizzjoni b’saħħitha u effettiva,” qal Chris Said f’dawk li huma botti ċari lejn Delia.

Chris Said ma ċediex lil Simon Busuttil

  • FID-DAR ĊENTRALI L-AFFARIJIET JINĦMEW B’MOD DIFFERENTI ĦAFNA MILL-PERĊEZZJONI PUBBLIKA

Chris Said qed iwebbes rasu biex ma jirtirax mill-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan mhux biex ma jpaxxix lill-kontestant l-ieħor Adrian Delia, kif qed jaħsbu ħafna, iżda biexma jbaxxix rasu għal Kap caretaker Simon Busuttil.

Dan għaliex jekk Chris Said jirtira minn din l-elezzjoni, jinfetaħil-bieb biex Simon Busuttil ikun jista’ jibqa’ fil-kariga.

Aqra aktar

Botta u risposta bejn iż-żewġ kandidati

Ma jaqtgħu xejn il-battibekki bejn iż-żewġ kandidati fit-tellieqa għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Mumenti qabel ma indirizza lill-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet, Chris Said kiteb fuq Facebook li nies qrib l-avversarju tiegħu Adrian Delia, qalulu biex jieqaf mit-tellieqa għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, u jara x’kariga jrid fl-istess Partit.
Iżda filwaqt li sostna li qatt ma ħares lejn il-karigi, il-kandidat għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, qal li m’għandux ħsieb jirtira l-kandidatura tiegħu.

Aqra aktar

MID-DIBATTITU: dejn, establishment, fallimenti u skużi

Għaddej id-dibattitu bejn l-erba’ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Dan f’mument fejn il-Partit Nazzjonalista jinsab maqsum u saħansitra l-Kunsill Amministrattiv talab lil Delia jirtira l-kandidatura. Peró Delia qed jieħu sehem fid-dibattitu ma’ Frank Portelli, Chris Said u Alex Perici Calascione. Hawn isfel mumenti ewlenin. Aqra aktar

Adrian Delia mar l-aħjar

L-aħjar li mar minn dawn l-attakki ta’ Daphne Caruana Galizia fuq Adrian Delia ma kien ħadd għajr l-istess Adrian Delia. F’dan l-istadju lanqas irrid nidħol fil-mertu ta’ jekk dak żvelat fuq Delia hux minnu jew le. Li mhux mill-ħelwin u rett daqskemm jilgħabha ilna nafuhiżda l-esperjenza urietna li l-iistejjer li toħroġ Caruana Galizia wieħed irid jgħarbilhom b’seba’ mitt għajn għaliex anke fejn ikun hemm nitfa verità tant tispara bl-addoċċ biex tweġġa’ u tilħaq l-għanijiet tagħha li mbagħad fatt jinbidel f’gideb esaġerazzjonijiet

Fil-fattfil-gazzetta KullĦadd ilbieraħ kwotajt kunsillier minn Għawdex li qalli proprju dan. Tant li Chris Said jinsab imħasseb li jista jkun hu li jbagħti minn dan kolluTgħiduli allura għaliex Chris Said għaliex ma joħroġx qattabla ħabel kontra Caruana Galizia. Ċarangħid jien. Anke hu andu x’jaħbi.

Aqra aktar

Said irid jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ

Il-kontestant għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Chris Said, irid jerġa’ jiftaħ il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ li l-Parlament qabel fuqha ftit tal-ġimgħat ilu.

Fi stqarrija wiegħed li jekk ikun elett Kap jerġa’ jiftaħ il-liġi bil-għan li jerġa’ jdaħħal il-kunċett ta’ omm u missier.

Kliem li kienu sostitwiti bit-terminu ġenitur bil-għan li l-liġi tkun iktar newtrali u ma tiddiskriminax.

Iżda, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Simon Busuttil argumentat kontra dan u fi stadju ta’ kumitat ressqet għexieren ta’ emendi bil-għan li dak propost mill-Gvern ma jgħaddix kif inhu.

Aqra aktar

Send this to a friend