Chris Fearne – One News

Servizzi ġodda fil-berġa tas-saħħa fiż-Żejtun

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla f’kull berġa u ċentru tas-saħħa se jkun hemm fis-seħħ sistema elettronika li permezz tagħha s-servizz mediku lill-pazjent ikompli jkun issimplifikat peress li l-aċċess għar-rekords ta’ kull pazjent individwali jkun aktar faċli u mħaffef. Aqra aktar

Il-pazjenti ta’ mard tal-prostata se jibdew jiffrankaw mal-€400 fis-sena

Sal-bidu tas-sena d-dieħla ‘l fuq minn 50,000 pazjent li jbatu mill-mard tal-prostata se jkunu jistgħu jirċievu din il-mediċina b’xejn. Dan hekk kif il-Gvern se jkun qed jipprovdiha b’investiment ta’ 5 miljun u 300,000 ewro. Dan se jwassal sabiex jiġu ffrankati mal-400 ewro lil kull pazjent li jagħmel użu minn din il-mediċina. Aqra aktar

Malta tiffirma ftehim mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne f’isem il-Gvern Malti ffirma ftehim
mal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa f’Copenhagen.

Il-ftehim jaħseb biex Malta tibbenifika minn pariri tekniċi fl-implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali
għas-Saħħa Mentali. Fil-fatt l-istrateġija Maltija għas-saħħa mentali ġiet diskussa fit-tul.

Għall-Għaqda Dinjija għas-Saħħa ffirmat id-Deputat Direttur Ġenerali Dr Zuzanna Jakob.