Chris Cardona | One News

Notifiki

Malta b’rappreżentanza waqt il-Premju Ewropew għall-Appoġġ lill-Intrapriża

Il-Kamra tal-Kummerċ Maltija se tkun waħda minn żewġ rappreżentanti ta’ pajjiżna fil-Premju Ewropew għal Appoġġ lill-Intrapriża fil-Finlandja iktar tard din is-sena. Bil-proġett National Campaign to Promote Employment Opportunities in the Manufacturing Sector, li beda mill-inizzjattiva MAKE IT aktar kmieni din is-sena, il-Kamra tal-Kummerċ bdiet iżżur skejjel u kulleġġi differenti madwar Malta biex tippromwovi l-karrieri differenti li wieħed jista’ jsegwi fis-settur tal-manifattura. Settur li għalkemm huwa fost l-eqdem, huwa fost l-aktar swieq dinamiċi u mutur ewlieni tal-ekonomija Maltija.Aqra aktar

Art mitluqa f’Ħal Luqa se tinbidel f’żona ta’ rijabilitazzjoni għall-pubbliku

Art f’Ħal Luqa li ilha għexieren ta’ snin tintuża bħala miżbla ta’ se tiġi rijabilitata għall-skopijiet oħra, grazzi għall-iffirmar ta’ ftehim bejn il-Malta Industrial Parks u Wasteserv. L-art li għandha medda ta’ madwar 85,000 metru kwadru u tinsab viċin iż-żona industrijali tal-Marsa u fuqha se jitwettaq dan il-proġett ta’ rijabilitazzjoni li mistenni jitlesta fi żmien sentejn.

Dan il-proġett ser ikun pilota, li jintroduċi attivitajiet bħal “landfill mining,” fejn żoni differenti fil-miżbla jiġu ttrattati b’mod differenti minħabba li jkunu jeħtieġu metodoloġija ta’ trattament differenti.

Ser ikun hemm ukoll koordinazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet sabiex jaqsmu l-għarfien li għandhom f’dan ir-rigward, li ser iwassal sabiex japplikaw l-istess sistemi f’siti oħra taħt ir-responsabilità tagħhom. Ftit qabel l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar Chris Cardona, saħaq kif huwa d-dover tal-Gvern li din l-art pubblika, b’valur li jilħaq kważi disgħin miljun ewro tintuża għal skopijiet siewja, li jkunu ta’ benefiċċju għal poplu kif ukoll għall-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera sostna li din l-art ser tiġi riġenerata għal skop ta’ afforestazzjoni, faċilitajiet sportivi u industrijalizzazzjoni b’infrastruttura ħadra.

Malta b’sehem qawwi fl-expo ta’ Dubai

F’indirizz li għamel waqt business breakfast, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar Chris Cardona saħaq li l-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-expo ta’ Dubai tagħti mhux biss viżibilità lil pajjiżna iżda turi l-kredenzjali ta’ Malta biex tkompli tiġbed l-investiment.

“Malta dejjem kellha relazzjonijiet tajba mal-Emirati Għarab Magħquda u issa jmiss li pajjiżna jidħol f’ambjent ekonomiku iżjed innovattiv”, saħaq il-Ministru Cardona.Aqra aktar

“Suċċess għax inħossu l-polz tal-poplu”- Chris Cardona

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona sostna li Il-Partit Laburista hu l-partit tas-suċċess għaliex iħoss il-polz tal-poplu. Hu kien qed jitkellem waqt sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali.

“Din tirrifletti l-enerġija ta’ Gvern li jifhem x’inhuma l-problemi tal-pajjiż, u li ma jaqtax qalbu quddiem dawn l-isfidi. Il-poplu jemmen li dan huwa Gvern b’saħħtu u magħqud, li ma jidħaqx bin-nies.”Aqra aktar

Malta pajjiż stabbli qed ilesti għall-futur

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Chris Cardona, qal lill-Korp Diplomatiku li Malta toffri stabbiltà politika, filwaqt li l-Gvern qed jinvesti biex iħejji lil-pajjiż għal futur. Huwa qal li Malta għandha rata ta’ tkabbir ekonomiku li tiżboq dik ta’ ħafna pajjiżi Ewropej, u l-inqas rata ta’ qgħad.Aqra aktar

Lejn riforma dwar kif joperaw is-swieq fil-beraħ

Tnediet il-White Paper għal riforma tas-swieq fil-beraħ, li se tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika ghat-tliet ġimgħat li ġejjin, sal-14 ta’ Diċembru. F’pajjiżna hawn 21 suq fil-beraħ li għandhom bejniethom mal-1,600 post. L-għan tal-White Paper hu li toħloq bilanċ bejn l-interessi tal-bejjiegħa, tal-konsumaturi u tar-residenti.Aqra aktar

ARA: Tinfetaħ il-fabbrika l-ġdida tal-kumpanija Busy Bee b’investiment ta’ €7 miljun

B’investiment ta’ kważi €7 miljun, il-kumpanija Maltija Busy Bee fetħet fabbrika ġdida fl-Imrieħel mgħammra bl-aqwa faċilitajiet tant se tittripla l-kapaċità produttiva tagħha. L-operat kollu tal-Busy Bee mexa minn żona residenzjali fl-Imsida għal żona industrijali fl-Imrieħel.

Il-ftuħ ta’ din il-fabbrika ġdida flimkien ma’ ħanut ġdid sar mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment Chris Cardona flimkien mad-direttur tal-Kumpanija s-Sur Brian Friggieri. Aqra aktar

Send this to a friend