chogm | One News

Malta tibqa’ l-favorita mar-Reġina Eliżabetta t-Tieni

Minkejja d-diversi pajjiżi li żaret ir-Reġina Eliżabetta t-tieni, Malta tibqa’ l-pajjiż l-aktar għal qalbha. Dan qalitu r-Reġina stess waqt diversi intervisti fejn qalet li dawk kienu l-uniċi sentejn li għexet f’inqas formalità fejn saħansitra kienet issuq karozza hi stess fit-toroq Maltin.

Aqra aktar

George Vella membru tal-grupp li se jagħżel is-suċċessur tal-Kap tal-Commonwealth

Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni mistennija tagħlaq 92 sena f’Apil li ġej u dan qed joħloq ftit tensjoni dwar min se jkun qed imexxi bħala Kap tal-Commonwealth flokha, ġaladarba hi tmut.

Din hija kwistjoni ftit sensittiva minħabba li l-irwol ta’ kap mhix ereditarja.

Il-Commonwealth waqqaf grupp ta’ livell għoli biex jevalwa l-mod ta’ kif l-organizazzjoni internazzjonali qed tkun iggvernata u wieħed minnhom huwa Dr. George Vella; ex-Ministru tal-Affarijiet barranin. Dan ġie rrapurtat mill-mezzi tax-xandir BBC.

Ir-Reġina ilha taħdem anke b’mod privat biex tassigura li l-Prinċep Charles ikun is-suċċessur tagħha, sa anke bagħtet uffiċjali madwar id-dinja biex imexxu dan il-ħsieb.

Fic-CHOGM li sar f’Malta fl-2015, ir-reġina saħqet li tixtieq li l-Princep Charles ikun l-ahjar għażla minflokha u li żgur ser ikompli jmexxi b’mod eċċellenti.

Pajjiżna nkarigat minn ftehim importanti

  • Malta, bħala President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ingħatat l-inkarigu li tibda d-diskussjonijiet dwar x’tip ta’ ftehim irid jintlaħaq mal-pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku wara li jiskadi l-Ftehim ta’ Cotonou fl-2020

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, it-Tabib George W Vella, ipparteċipa f’laqgħa tal-Commonwealth Ministerial Action Group f’Londra. Malta hija membru ta’ dan il-Grupp bħala ċ-Chair in Office tal-Commonwealth.

Aqra aktar

Send this to a friend