childcare | One News

Notifiki

Malta bl-ikbar żieda ta’ tfal f’childcares fl-U.E.

Pajjiżna esperjenza l-ikbar żieda fl-ammont ta’ tfal taħt it-tliet snin, li ġew miktuba b’mod uffiċjali f’childcare centre fl-Unjoni Ewropea. Dan minkejja li f’pajjiżna, l-ikbar raġuni fost nisa li għażlu li ma jagħmlux dan, kienet li jixtiequ li jrabbu lit-tfal huma stess.

F’rapport tal-Kummissjoni Ewropea imlaqqam il-Barcelona Objectives, li lura fl-2011 issettja għadd ta’ miri, fosthom dik li pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom terz tat-tfal fl-età ta’ taħt it-tliet snin li huma miktuba, pajjiżna ġie deskritt bħala wieħed li għamel passi kbar ‘l quddiem f’dan il-qasam.Aqra aktar

Malta bl-aqwa childcare fl-Ewropa – Studju Ewropew

Studju ppublikat mill-Unjoni Ewropea juri kif il-Maltin għandhom opinjoni għolja tal-kwalità tal-għalliema u tal-edukaturi, kif ukoll tas-sistema edukattiva. L-istudju, intitolat ‘European Quality of Life Survey’, sar madwar l-Unjoni Ewropea u jistaqsi diversi mistoqsijiet fuq medda ta’ temi differenti.

Fil-qasam edukattiv, pajjiżna huwa kklassifikat b’mod pożittiv ħafna, speċjalment fir-rigward tal-kwalità tal-edukaturi u tal-faċilitajiet. Pożittivi wkoll huma l-marki fuq faċilitajiet u kurrikulu.

Pajjiżna jinsab ‘il fuq mill-medja Ewropea f’diversi eżerċizzji ta’ stħarrig fil-qasam tal-edukazzjoni, f’ħafna minnhom fost l-aqwa ħamsa.

Childcare l-aqwa fl-Ewropa

Is-sistema ta’ childcare b’xejn introdotta taħt dan il-Gvern ħalliet il-frott hekk kif din is-sistema ġiet ikklassifikata fost l-aqwa fl-Ewropa. Kemm fil-każ ta’ aċċessibilità, kif ukoll fil-kwalità, pajjiżna kklassifika tajjeb ħafna mal-bqija tal-Ewropa.

Sigurtà ta’ xogħol

Is-sigurtà tal-impjieg u l-prospetti tax-xogħol huma wkoll fost l-iktar punti pożittivi li ħarġu minn dan l-istudju fir-rigward ta’ pajjiżna. Dan juri kif pajjiżna llum jiggarantixxi x-xogħol u kif l-ekonomija qiegħda dejjem toħloq iżjed impjiegi ta’ kwalità.

F’kumment fuq dan l-istudju, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li “dan huwa stħarrig li jagħti stampa pożittiva, speċjalment fil-qasam tax-xogħol li jagħmlu l-għalliema u l-edukaturi tagħna fl-iskejjel. Ma jfissirx li m’hemmx iżjed sfidi u m’hemmx x’jitjieb. Irridu nkomplu naħdmu biex inwessgħu l-aċċessibilità ta’ tagħlim vokazzjonali u applikat għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna.”

Ara: http://newsbreak.edu.mt/2018/02/06/kif-tikkompara-malta-fl-edukazzjoni-x-xoghol-u-c-childcare/

Aktar minn 4,000 tifel u tifla jintbagħtu ċ-childcare

  • Aktar minn 3,000 tifel u tifla bbenefikaw mill-iskema tal-Gvern ta’ childcare b’xejn għal ġenituri li jaħdmu
13,306 tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin iddaħlu f’qasam edukattiv li mhux obbligatorju. In-numru ta’ tfal li attendew għal childcare kienu 4,037, filwaqt li kienu 9,269 tifel u tifla li attendew għal pre-primary education waqt l-iskolastika 2016/2017.
Kienu d-distretti fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ Malta li raw l-aktar tfal li attendew għal edukazzjoni mhux obbligatorja, b’32% u 20% rispettivament. It-total ta’ tfal li għażlu li jibagħtu lit-tfal childcare permezz tal-iskema b’xejn għal-ġenituri li jaħdmu li għamel il-Gvern. Dawn kienu jammontaw għal 3,192, dan ifisser li 79%.

Aqra aktar

Il-Ferrovija: childcare centre ġdid f’Birkirkara

Ġie inawgurat uffiċjalment childcare centre ġdid f’Birkirkara. Childcare centre li qed joffri s-servizz lil 22 tifel u tifla. Dan ic-childcare centre qabel kien jinsab fl-Istazzjon fl-istess lokalità iżda issa ġie trasferit għall-binja aktar adegwata u li se tkun qed toffri spazju aħjar għall-bżonnijiet tat-tfal fl-iskola Primarja ta’ Birkirkara fi Triq l-Isqof Labini. 

Aqra aktar

Jitkellem dwar iċ-childcare u jiżbalja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar iċ-child care u reġa’ għamel żbalji bażiċi.  

Dan fl-istess ħin li qal li jekk ikun fil-gvern se jagħtih b’xejn anke lil ma jaħdimx, bil-Partit Laburista jireaġixxi b’mod  immedjat u spjega li dak li qed jgħid Simon Busuttil imur kontra l-ħsieb wara din il-miżura.  

Miżura li waslet biex iktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol u tnaqqset id-dipendenza minn fuq il-benefiċċji soċjali.

Iktar minn hekk. Simon Busuttil reġa’ ġab ħażin il-fatti bażiċi ta’ dak li kien qed jitkellem dwaru.

Aqra aktar

Il-proposta ta’ Busuttil fuq childcare mhix sostenibbli u bbażata fuq kalkoli ĦŻIENA

Il-Partit Laburista indirizza konferenza tal-aħbarijiet wara l-proposta ta’ Simon Busuttil li joffri is-servizz ta’ childcare b’xejn anke għal min ma jaħdimx. Il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan il-kunċett jagħmel ħafna ħsara u jkisser is-servizzi attwali li hawn f’pajjiżna.

Filwaqt li fakkar li aħna l-unika pajjiż fl-Ewropa li qed joffru s-servizz b’xejn għall-ġenituri li ħarġu jaħdmu, fakkar li hemm 13-il ċentru ieħor għal ġenituri li qed jistudjaw. Il-fatt li c-childcare li ngħata għal min jaħdem kien biex ikun sostenibbli u ekonomikament tenibbli. B’hekk is-servizz ma jkunx ta’ piż fuq it-taxpayers l-oħra li ma jibbenefikawx mis-servizz.

Il-proposta ta’ Busuttil dalgħodu ma tistax issir għax iridu jirduppjaw iċ-ċentri tat-tfal u jirduppjaw iċ-child carers, minn 350 għal 700.

Barra minn hekk, iċ-ċifri li semma Busuttil dalgħodu mhumiex preċiżi – “lanqas għandu l-figuri preċiżi aħseb u ara kemm jista’ jagħmel costings” qal Bartolo.

Qal ukoll li biex jinfetħu aktar child care centres, se jonqsu l-istandards tas-servizz li hemm bħalissa.

Aqra aktar

Send this to a friend