child care | One News

Notifiki

IL-fatti juru li partit wieħed biss jista’ jkun kredibbli dwar il-pensjonijiet

Li wara għomor jaħdem, anzjan irid jgħaddi bil-pensjoni mhix l-iktar ħaġa faċli. Ħafna drabi jkun hemm bidliet li jrid jagħmel anke jekk mhux mixtieqa. Iżda, agħar minn hekk, għal snin twal beda jberraq ukoll fuq il-prospett li f ’pajjiżna wieħed ikollu pensjoni.

Twissija dwar is-sostenibbiltà tal-pensjoni u l-fatt li l-popolazzjoni qiegħda dejjem tixjiħ wasslet għal diskors dwar kif għad jasal iż-żmien li ma niħdux pensjoni. Illum, dan kollu nbidel għal diskors fejn nitkellmu dwar kemm se tiżdied il-pensjoni. Iżda, kif wasalna għal dan kollu? Il-gazzetta KullĦadd tanalizza minn fejn tlaqna u fejn qegħdin. Fl-ewwel Country Specific Recommendations tal-Kummissjoni Ewropea meta l-Partit Laburista kien elett fil-gvern – f ’Mejju 2013 – il-Kummissjoni Ewropea wissietna biex ngħollu l-età tal-pensjoni skont kemm wieħed mistenni jgħix.

Aqra aktar

WEGĦDA: Gvern Laburista jkabbar l-irwol tan-negozji fis-soċjetà

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’konferenza tal-aħbarijiet spjega il-proposti tal-Partit Laburista biex in-negozju jkollu rwol akbar fis-soċjetà. Il-Prim Ministru saħaq l-importanza li l-viżjoni ta’ Gvern Laburista mhijiex biss li n-negozji jgawdu minn numru ta’ vantaġġi iżda li n-negozju jkabbar is-sehem tiegħu fis-soċjetà fosthom billi n-negozji jdaħlu aktar miżuri favur il-ħaddiema.

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri spjegat kif matul din il-leġiżlatura, Gvern Laburista kien pro-business bi skop dan għaliex illum in-numru ta’ ażjendi kiber b’erba’ darbiet ir-rata taħt l-amministrazzjoni preċedenti, l-investiment dirett barrani żdied b’terz, l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fi 15-il sena L-anqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna u d-depositi tal-familji mal-banek kibru b’41%.

Min-naħa tiegħu, l-kandidat Laburista Aaron Farrugia żied fuq dak li wettaq dan il-Gvern u qal li l-proposti mħabbra huma xhieda li dan il-Gvern aktar minn qatt qabel se jkun favur in-negozju. Sostna li Gvern laburista fl-aħħar erba’ snin assigura li l-ġid jitqassam ma’ kulħadd u li biex negozju jirnexxi jeħtieġ li tkompli ssir ħidma favur il-ħaddiema.

Għalhekk, fil-leġiżlatura li jmiss Gvern Laburista se jerġa jkun pro-business, kif juru dawn il-proposti:

Aqra aktar

20 applikazzjoni mal-PA għal ċentri ta’ child care

• INVESTIMENT TA’ MILJUNI U ĊENTRI TAL-OGĦLA LIVELL

Quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar hemm 20 applikazzjoni b’rabta ma’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal, kważi kollha għal ċentri ġodda. Jispikkaw l-applikazzjonijiet biex dawk magħrufa bħala ‘terraced houses’ jitwaqqgħu u jinbidlu f ’ċentri tal-ħarsien tat-tfal.

L-applikazzjonijiet għal dawn it-tip ta’ ċentri qegħdin jiżdiedu fid-dawl li qed tiżdied id-domanda għaċ-ċentri ta’ ħarsien tat-tfal minħabba l-iskema ta’ child care b’xejn li nieda l-Gvern ftit tas-snin ilu. Fil-fatt huma iktar minn 6,400 tifel u tifla li llum jużaw dawn iċ-ċentri meta qabel bdiet l-iskema, tal-Gvern kienu ftit mijiet li kienu jagħmlu użu minn dawn iċ-ċentri.

Aqra aktar

Childcare centres f’żoni residenzjali u qrib il-post tax-xogħol

L-Awtorita’ tal-Ippjanar ippubblikat għall-konsultazzjoni pubblika, policy aġġornata’ li tiggwida aħjar l-ippjanar għal użu tal-art sabiex tiżgura li d-domanda għall-faċilitajiet ta’ child day care, li dejjem qed tikber, tingħata l-attenzjoni meħtieġa, b’iktar importanza tingħata lill-benesseri u l-kwalita’ ta’ ħajja għat-tfal.

Aqra aktar

Send this to a friend