charles scicluna – One News

Notifiki

Patri Mark Montebello jagħlaq xahar iċċensurat

Tibqa’ tippersisti s-sitwazzjoni ta’ Patri Mark Montebello hekk kif wara xahar, il-kolonna tiegħu fil-gażżetta It-torċa kienet vojta għajr il-kliem “JAGĦLAQ XAHAR IĊĊENSURAT.”

Dan minkejja li l-Arċisqof Charles Scicluna avviċina lill-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana sabiex tinstab soluzzjoni, ftit tal-jiem wara li Patri Mark ġie ċċensurat.

Patri Mark kien ordnat jiskot lura fit-tmienja ta’ Mejju, wara li kkritika lill-Knisja f’Malta għall-istrateġija li kienet qed tuża sabiex tiġġieled il-kwistjoni tal-emendi tal-liġi tal-IVF.

Intant b’reazzjoni għal din iċ-ċensura bosta servew ta’ spalla għal Patri Mark, fosthom Dun Ġorġ Dalli, li waqt il-programm Kalamita kien ħeġġeġ lil Patri Dumnikan ikompli jsemma’ leħnu.

Dalli wkoll kritika d-deċiżjoni tal-Knisja hekk kif tenna li deċiżjoni bħal din tieħu lill-Knisja lura fiż-żmien il-Medju Evu.

L-Arċisqof jirreaġixxi dwar il-lezzjonijiet tar-Reliġjon

Permezz ta’ ċirkolari li qed tinqara fil-knejjes kollha madwar il-pajjiż f’dan tmiem il-ġimgħa l-Arċisqof Charles Scicluna fakkar lill-ġenituri Kattoliċi li fl-għażliet li jagħmlu fl-edukazzjoni ta’ uliedhom, għandhom id-dover li fl-iskola jagħżlu t-tagħlim tar-reliġjon.

L-Arċisqof Scicluna jargumenta li l-ġenituri fir-responsabbiltà li għandhom, li minn meta l-ulied ikunu għadhom żgħar, jgħinuhom biex jikbru fil-fidi bl-eżempju u bil-kelma, u billi jaraw li jirċievu l-formazzjoni meħtieġa.

Aqra aktar

Jivvota l-Arċisqof ta’ Malta

Ftit tal-ħin ilu vvota l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna fil-lokalità ta’ Ħal Lija.

Fl-istess lokalità vvotaw il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Aqra aktar

Tista’ tmur tawgura l-Arċisqof il-Kurja!

L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Arċisqof Emeritu, Pawlu Cremona, se jilqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar it-Tlieta 27 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta.

Aqra aktar

FILMAT: It-tweets ta’ Charlie u l-media soċjali

Id-dinja online u l-midja soċjali joffru ferm iktar minn siegħa gost, u ssib kull tip ta’ informazzjoni. Insomma kulħadd imqabbad f’network kbir li jgħaqqad lil kulħadd.Kulħadd qiegħed online…..anke l-Isqof u għal dawk li jgħidu li l-knisja għadha mitt sena lura,sejjer żball!

Aqra aktar

Send this to a friend