champions | One News

Notifiki

It-tazza taċ-Champions League tibqà fi Spanja għat-tielet sena

Għat-tielet sena konsekuttiva, Real Madrid huma r-rebbieħa taċ-Champions League.Dan hekk kif is-Sibt filgħaxija fi Kiev, it-tim Spanjol għeleb lil dak Ingliż ta’ Liverpool bl-iskor ta’ tlieta b’wieħed.

Kien Benzema li fetaħ l-iskor fil-51 minuta hekk kif il-goaler ta’ Liverpool Karius tefa l-ballun f’saqajn il-Franċiż. Erba minuti wara, Mane ġab id-dro għal Liverpool u reġa qawwa l-qlub tal-partitarji tat-tim Ingliż. Biex imbagħad fl-erbgħa u sittin minuta, Bale skurja b’rabuxxata u reġa poġġa lil Madrileni fil-vantaġġ.

U kien l-istess Bale li seba minuti qabel tmiem il-logħba ssiġġilla r-rebħa, hekk kif ixxuttja minn sebgħa u għoxrin metru ‘l barra mil-lasta, b’Karius jagħmel żball ieħor u ma jżommx il-ballun. B’dir-rebħa, Real Madrid rebħu l-kompetizzjoni taċ-Champions League għat-tlettax-il darba minn sittax-il darba li waslu sal-finali.

Dan filwaqt li din kienet it-tmien darba li Liverpool waslu sal-finali, fejn rebħu ħamsa minnhom, bl-aħħar waħda tkun fl-2005.

Il-Prim Ministru jilqa’ liċ-champions f’Kastilja

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ltaqa’ mat-tim tal-Hibernians FC wara li dawn ġew inkurunati champions tal-Kampjonat Premier. F’din il-laqgħa informali, Joseph Muscat ingħata ukoll flok tal-Hibernians b’kunjomu miktub fuq wara tal-flok. Din hija t-tnax-il darba li dan it-tim Malti ġie dikjarat champion. Il-Prim Ministru awgura lit-tim tal-Hibernians mhux biss għal dan is-suċċess iżda anke għax qed ikompli jwettaq aktar investiment infrastrutturali hekk kif se jagħmlu grawnd ieħor viċin dak eżistenti.

Hibernians Champions tal-Kampjonat Premier!

Bi skor ta’ Hibernians 3-1 St Andrews, il-Hibernians ġew dikjarati Champions tal-Kampjonat Premier Malti għat-12-il darba.

Il-partitarji tal-Hibs kienu qed jistennew din il-partita b’ħerqa kbira u fit-13-il minuta bdew jiċċelebraw hekk kif il-plejer Bjorn Kristensen fetaħ l-iskor.

Aqra aktar

Send this to a friend