central link – One News

Stħarriġ xjentifiku: il-Maltin iridu s-‘Central Link’

Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin huma favur li jsir il-proġett tas-Central Link. Żvelat dan il-gazzetta Illum li fi stħarriġ xjentifiku ħarset lejn kif jaħsbuha l-Maltin li għandhu l-għan li jnaqqas it-traffiku f’rotta li llum hija waħda mill-ikbar uġigħ ta’ ras għas-sewwieqa. Aqra aktar

“Familti lanqas setgħet toħroġ mill-garaxx minħabba t-traffiku f’Ħ’Attard” – eks Deputat PN

Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, l-eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando saħaq li qrabatu, li joqgħodu Ħ’Attard ġieli lanqas mill-garaxx ma setgħu joħorġu minħabba t-traffiku li kien jinġema.

Fisser kif Ħ’Attard kien qed iservi bħala by-pass minn fejn jgħaddu l-karozzi kollha u għalhekk il-proġett tas-central link huwa  utli sabiex it-traffiku mit-tramuntana għan-nofsinhar tal-pajjiż jimxi iżjed ħarir.

Pullicino Orlando qal li dan il-proġett kien ilu pjanat minn żmien George Borg Olivier, jiġifieri mis-sittinijiet.

Dan biex finalment kien dan il-Gvern li se jkun qed jagħmel dan il-proġett li mhux biss se juża sittin fil-mija inqas t’art agrikola mill-proġett propost minn Gvern Nazzjonalista fl-2006 iżda anki se jkun hemm titjib fl-arja fl-inħawi.

Dan għaliex se jinħarġu inqas emmissjonijiet fl-arja minn karozzi li sa issa jagħmlu tul ta’ ħin weqfin minħabba t-traffiku.

Il-petizzjoni favur il-proġett tas-Central Link taqbeż l-1,100 firma

Qabżu l-1,100 persuna li ffirmaw petizzjoni online favur il-proġett tas-central link. Il-proġett għandu l-għan li jindirizza l-problema tat-traffiku miċ-ċentru għan-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Il-petizzjoni favur il-proġett bdiet mill-Malta Automobile Club fl-aħħar jiem u l-pubbliku mill-ewwel irreaġixxa għaliha b’mod pożittiv.

Din il-petizzjoni tappella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tappoġġja l-proġett.  Targumenta li dan il-proġett huwa importanti għat-traffiku f’pajjiżna, għax mistenni jnaqqas in-numru ta’ karozzi li jgħaddu mill-qalba tar-raħal ta’ Ħ’Attard, u għalhekk jonqos it-traffiku. Żiedu li l-proġett se jgħin biex id-dħaħen tal-karozzi jonqsu bit-13%.Aqra aktar