Ċensina – One News

Notifiki

Il Grande Piccolettino Sajmintello

“Imma kemm ġejt qisni xiħ bla snien!” qal ix-xiħ bla snien li kien qed jara r-ritratt tiegħu meħud ftit qabel! Tgħiduli biex il-madre ħanina dinja ħiereġ illum? U le, xejn speċjali. Għax dak li għamel dan ix-xwejjaħ huwa eżatt dak li qed jagħmel il-Grande Fratello Piccolettino Sajmin. Iħares lejn il-verità u ma jagħrafiex. Grande Fratello għax ftit ilu qal li se jibqa’ jissorvelja l-ħidma tal-partit u tal-Kap li se jitla’ minfloku. Jiġifieri l-Kap li jmiss se jkun qisu ġemel b’qurdiena f’s… emmm… f’patattu ħa!

Il-kelma Grande għandi naqra diffikultà biha. Grande u Sajmin ma jitħalltux daqs kemm ma jitħallatx iż-żejt mal-ilma, għax dak dejjem jitla’ fil-wiċċ. Imma nsomma. Sajmin għandu quddiemu ritratt tar-rieda tal-poplu li qallu għal erbgħin elf darba “Le! Barra!”, imma kox-jen-ta-ment (qsamtha f’sillabi din, għax twila wisq u anki biex ktibtha ħadt biċċa xogħol!) qiegħed iwarrab dak li jrid il-poplu, li fuq kollox warrab lilu.

Għax kif tista’ tibqa’ sejjer bl-istess diska stunata, wara r-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet? U ġieżu ġiez tibqa’ tinsisti li tgħodos fil-ħama tiegħek stess, meta kulħadd qed jgħidlek, “Biddel id-diska Sajmin ħi, għax ma ħadmitx!” Trid tkun altru nieqes mill-melħ f’moħ…

“Għajjut, għajjut …. jaħasra għajjut!”

Aqra aktar

Censina: seklu f’din id-dinja

Censina Cachia għexet ħajja sempliċi. Forsi dak kien is-sigriet li wassal biex għalqet mitt sena.
F’din l-okkażjoni żaritha s-sinjura Michelle Muscat, f’Casa San Paolo Buġibba. Censina hija mill-Msida, iżda marret tgħix Buġibba tliet snin ilu.
Armla u qatt ma kellha tfal, Censina għandha tliet affarijiet għal qalbha: it-tfal ta’ ħutha, il-fjuri, u l-valuri sodi li tgħallmet tgħix bihom tul dan l-aħħar seklu.
F’Casa San Paolo dawk qrib tagħha nġabru u ferħu magħha – ċelebrazzjoni ta’ għomor li jkunu fortunati dawk li jkollhom ix-xorti jilħqu.

Simon Potter and the Ċu Ċu Train

Mela ħmistax ilu jekk tiftakru, kont se nipprova nnaddaf il-garaxx, li jinsab żewġ bibien biss ‘l bogħod mill-bieb ta’ Ċensina, dik li toqgħod faċċatta tiegħi, żewġ bibien ‘l isfel. Imma kelli l-intervent tas-soltu mingħand Ċensina, li wkoll sabitni fuq il-misħut mowbajl! Allura llum wara l-ikel, ipprovajt nerġa nidħol għat-tindifa tal-garaxx. U hemm kont, bil-bieb tal-garaxx magħluq (ħalli niffranka li tarani Ċensina hux!) u ħlift li l-mowbajl ‘qas jekk iċempilli Angelina Jolie, ma kont se nirrispondieh. Insomma, nsomma dik ngħidilha “Hello” ħeqq! Niżżilt miegħi mid-dar żewġ tubi minn dawk li jiċċarġjaw bl-elettriku, billi kont qtajt il-provista meta l-kont kien jiġi esaġerat fi żmien il-pee enne. U nsomma biex ma ntawwalx, bħaz-zija ta’ missieri, li biex tgħidlek li ħadet bajda mgħollija, kienet tibda r-rakkont minn meta t-tiġieġa kienet għadha fellus, Alla jaħfrilha u jagħtiha l-glorja tal-ġenna, bdejt ingerfex fl-imbarazz. Anyway.

U ntlift waħdi fid-dawl tat-tubu, qalb l-imbarazz li rnexxieli nġemma tul is-snin.

“Ma nafx x’il-madoffi erfajtha nagħmel din!”, bdejt ngħid bejni u bejn ruħi, jien u naqla l-affarijiet. Lanqas leħqu għaddew għoxrin minuta. Donni smajt karba ġejja mill-bogħod. Ajma Madonna! Waqaft, kif kont, qisu kif jieqaf kelb b’rasu mġebbda u b’widnejh ippuntati ‘l fuq, meta jisma’ ħoss.

Aqra aktar

Sajmin ta’ Ħawwadni

Emnuni kultant naqra u nisma’ ċertu affarijiet, niġi bejn ħaltejn. Nidħak jew nibki bikja bħal dawk tat-trabi meta ma tkunx taf x’il-marelli laqathom? Ma nafx. Ninsab imħawwad għall-aħħar, biex ma nużax espressjoni oħra Maltija. U mhux jien biss ma nafx tafux, imma anki l-imbierka Ċensina ta’ faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel!

Aqra aktar

Sajmin ta’ Alice

Kif dejjem ngħid, il-kwiet inħobbu wisq! U hekk kont, fil-kwiet u relax. Għax anki aħna kellna l-buzz words tagħna fi zmienna. Relax. Illum għandhom tagħhom hux, chillax u brow u x’naf jien. Anki meta konna mmorru Paceville, konna nafu nieħdu gost. Tiġini f’moħħi dik il-kanzunetta, ma nafx x’jisimha propja, tal-grupp Smokie. Niftakar li f’ħin minnhom waqt id-diska, id-DJ kien ibaxxi s-sound u ħalli d-dancefloor kollha tgħajjat: “Alice, Alice, who the fakk is-Alice”. Konna mqarbin ukoll.

Jien u nikteb bdew ġejjin il-memorji u tbissimt kemm kemm. Intfajt naqra lura fis-siġġu w tfajt il-pali t’idi wara rasi, biex nagħti ħarsa lejn dak li kont għadni kif ktibt. Tajjeb.

F’daqqa waħda, ir-relax kollu li kont fih ittieħed mingħandi b’ħoss li dewa mad-dar kollha. Ding dong! Ding dong, ding dong! U l-aħbeċ! Aktar ma kont ridt ftit ħin fil-kwiet biex nibgħat din lil Janice tal-Wan! U min il-marelli ġie? Mela dan ħin, wara l-ikla tal-Ħadd jew? U x’għaġġla! Ding dong, ding dong!

Aqra aktar

Togħma ħażina u qrusa

Ma kienux kannoli li vvintajt! Spiċċajt b’tlett kannoli sħan, bl-irkotta u lewż jiġru mal-kaxxa bajda li tal-ħanut għamilhomli fihom u naħseb anki riħa ta’ qrusa bdiet ħierġa minnhom. Imma x’il-maduma trid tagħmel! Mea culpa, mea cupla mea grandissima culpa.

Insomma naħseb il-qrusa tal-kannoli kienet qed tikkumplimenta l-qrusa li hawn bħalissa fil-pajjiż. Minn settur partikolari. Għax fuq l-aħbeċ qrusa konna qegħdin nitkellmu, jiena bil-kaxxa tal-kannoli f’idi, Manuel u Karmena ta’ quddiem il-Knisja. Imma ħa nibda mill-bidu.

Aqra aktar

Send this to a friend