ċelebrazzjonijiet | One News

Notifiki

55,000 persuna jitilgħu Għawdex għal diversi ċelebrazzjonijiet fi tmiem il-ġimgħa

55,000 persuna żaru l-gżira Għawdxija fi Tmiem il-Ġimgħa li għaddiet għal diversi ċelebrazzjonijiet. B’kollox il-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 202 vjaġġ.

 

Fost oħrajn kien hemm ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Belt Victoria bil-kunċerti ‘RockAstra’ u għal ‘Leone goes Pop’.

 

Fil-ġonna publiċi tal-Villa Rindle, ittella’ għall-ewwel darba f’Għawdex il-‘Bee and Honey Fest’, festival marbut man-naħal u l-industrija relatata. Kien imfakkar ukoll l-avveniment storiku ta’ meta t-truppi Franċiżi, 220 sena ilu, invadew lil Għawdex u ħadu kmand tal-gżira. Dan ir-reenactment, magħmul minn 550 persuna liebsa l-ilbies tal-epoka, ta ħarsa lejn l-episodji ewlenin li nisġu l-istorja u ħa lil kull min kien preżenti lura fl-istorja.

 

Il-festival ‘Abode on the rock’ attira 1,700 żagħżugħ u żagħżugħa barranin lejn il-gżira Għawdxija, liema festival ħalla impatt ekonomiku tajjeb u ġġenera ħafna xogħol.

 

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet fuq kif Għawdex esperjenza tmiem il-ġimgħa mill-aqwa. Kull min kien preżenti kellu għażliet varji ta’ postijiet fejn jirrilassa. Justyne Caruana qalet ukoll li avvenimenti bħal dawn qed ikomplu jattiraw lejn Għawdex aktar turisti, kemm lokali u barranin, li qed jiġu jgawdu mhux biss il-ġmiel naturali tal-gżira, iżda wkoll it-talenti u l-kreattività ta’ Għawdex. B’hell,  l-istrateġija li qed jadotta l-Ministeru għal Għawdex qed tagħti l-frott hekk kif Għawdex qed joffri xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd.

 

 

Ċelebrazzjonijiet mal-Partit Laburista

Dawk li fl-aħħar ġimgħat u xhur terrqu fit-toroq u l-irħula u l-ibliet tal-pajjiż biex jisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Partit Laburista, issa se jkollhom iċ-ċans jiċċelebraw mal-istess Prim Ministru. Mhux biss f’Malta, iżda wkoll f’Għawdex.

Dan għax il-partit li kiseb il-maġġoranza tas-siġġijiet u voti f’Għawdex se jorganizza attività tal-massa nhar il-Ġimgħa li ġej fil-Qala.

Aqra aktar

Ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem fil-BELT VALLETTA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat temm id-diskors tiegħu f’Marsaxlokk bl-aħbar li ċ-ċelebrazzjonijiet tal-1 ta’ Mejju, jiġifieri Jum il-Ħaddiem se jsiru l-Belt Valletta. Din hija aħbar li niżlet għasel man-nies hekk kif il-festa ta’ Jum il-Ħaddiem tfakkar is-sagrifiċċju u l-bżulija tal-ħaddiem Malti tul sena sħiħa.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ lil dawk preżenti u dawk kollha li jemmnu fl-importanza tal-ħaddiem biex nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju jingħaqdu maċ-ċelebrazzjonijiet li ser ikun qed jorganizza l-Partit Laburista biex jagħti ġieħ lill-ħaddiema kollha.

Ċelebrazzjonijiet b’xejn għal tmiem is-sena fil-Belt Valletta

Il-finalisti tal-X factor UK 2015 Reggie and Bollie se jkunu fost l-artisti li se jagħtu spettaklu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena, biex b’hekk għall-ewwel darba se jieħdu sehem artisti barranin, dawn id-dettalji tħabbru dalgħodu waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
Aqra aktar

Send this to a friend