Carmelo Abela | One News

Notifiki

Malta mħassba bin-nuqqas ta’ progress fl-aspett politiku u umanitarju dwar il-kunflitt fis-Sirja

Il-kunflitt fis-Sirja għadu sors ta’ preokkupazzjoni fuq l-għatba tal-Unjoni Ewropea, li dwaru ma nstabitx soluzzjoni umanitarja jew politika.

B’dan is-sentiment il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wera t-tħassib tal-Gvern Malti dwar il-kunflitt fis-Sirja waqt it-Tielet Konferenza fi Brussell dwar is-suġġett. Hawnhekk, il-Ministru Abela ġiber l-attenzjoni lill-kollegi tiegħu li d-diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż staġnat, waqt li l-qagħda umanitarja tal-pajjiż sejra għall-agħar.

Filwaqt li għal darb’oħra irrimarka li mhemmx soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt, saħaq li huwa fundamentali li l-komunità internazzjonali tappoġġja l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda u lill-Mibgħut Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja, Geir O. Pedersen.

Waqt il-laqgħa fi Brussell kienu diskussi wkoll l-elezzjonijiet fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni fil-Veneżwela, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin skambjaw ukoll fehmiet dwar il-Qarn tal-Afrika.

L-immigrazzjoni diskussa fis-Summit tal-5+5 f’Malta

Il-mexxejja tas-Summit tal-5+5 qablu b’mod unanimu li jsaħħu l-koperazzjoni fil-ġlieda tagħhom kontra l-immigrazzjoni illegali u  sabiex jitkissru ċ-ċrieki kriminali ta’ traffikanti tal-bnedmin.

Il-ħmistax-il edizzjoni ta’ din il-laqgħa li saret f’Malta, għal darb’oħra ġabret għaxar Ministri tal-Affarijiet Barranin minn pajjiżi Ewropej u Afrikani sabiex jiddiskutu temi kurrenti.Aqra aktar

Malta u Franza huma tal-istess ħsieb dwar il-problemi tal-immigrazzjoni fil-Libja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Carmelo Abela kellu laqgħa bilaterali mal-ministru Franċiż għall-affarijiet Barranin, Jean-Yves Le Drian ftit mumenti qabel tibda l-laqgħa tal-5+5 f’pajjiżna.

Fil-laqgħa tagħhom ġie kkonfermat li Malta u Franza jinsabu fuq l-istess paġna quddiem l-problemi tal-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja. Il-Ministru Franċiż saħaq li ż-żewġ pajjiżi jafdaw ħafna f’xulxin. Dan hekk kif huwa stqarr li Franza dejjem għenet lil Malta fi problemi tal-immigrazzjoni. Huwa qal li Franza dejjem emmnet fl-importanza ta’ rispons malajr għal urġenzi umanitarji, madankollu issa hemm bżonn jinsabu soluzzjonijiet fit-tul.

Quddiem l-iżvolta fi Brexit, il-Ministru Franċiż saħaq li issa l-pajjiżi ewropej għandhom jippreparaw ruħhom għat-tibdil li ġġib magħha Brexit mingħajr ftehim.

F’kummenti ma’ ONE News, il-Ministru Carmelo Abela saħaq li l-laqgħa tal-‘5+5’ li se tlaqqa’ għaxar Ministri għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżi miż-żewġ naħat tal-Mediterran, hija kruċjali sabiex isiru d-diskussjonijiet neċessarji dwar il-problema tal-immigrazzjoni.

Malta fost 164 nazzjon b’appoġġ għall-patt globali storiku dwar il-migrazzjoni

Malta kienet fost 164 nazzjon li pparteċipaw f’konferenza intergovernattiva li saret f’Marrakexx, il-Marokk, fl-10 u l-11 ta’ Diċembru biex jiġi adottat il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sigura, Ordnata, u Regolari: l-ewwel ftehim innegozjat bejn il-pajjiżi tad-dinja, imħejji taħt l-awspiċi tan-Nazzjonjiet Magħquda, biex ikopri d-dimensjonijiet kollha tal-migrazzjoni internazzjonali b’mod ħolistiku u komprensiv.

Aqra aktar

Spinta lill-investiment fl-Afrika biex jissaħħaħ il-kummerċ, jinħolqu l-postijiet tax-xogħol, u jsir investiment fl-edukazzjoni u fil-ħiliet

It-tkabbir demografiku mgħaġġel fl-Afrika jrid jiġi indirizzat b’mod effettiv sabiex jiġu sfruttati l-opportunitajiet li joffru oqsma tan-negozju li sejrin tajjeb bħall-enerġija rinnovabbli, l-ekonomija blu, u d-diġitalizzazzjoni. Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, waqt laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li jkopru l-qasam tal-koperazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp li saret fi Brussell nhar it-Tnejn, is-26 ta’ Novembru 2018.

Aqra aktar

1,077 Malti jiksbu servizzi f’żoni remoti

L-idea nibtet fl-1969 fl-ewwel konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta, u saret realtà f’Mejju ta’ sentejn ilu. Qed nitkellmu dwar is-servizz ta’ Consul of the Move, fejn Maltin li jgħixu f’żoni remoti barra minn xtutna jingħataw is-servizzi konsolari bħal passaporti u ċittadinanza. Servizz li diġà għamlu użu minnu elf u sebgħa u sebgħin persuna.Aqra aktar

Send this to a friend