Caritas | One News

Notifiki

Aktar minn 550 persuna jattendu l-ikla tal-Milied tal-Caritas

Ftit iktar minn 550 persuna attendew għall-ikla li Caritas Malta għamlet f’Jum il-Milied fil-binja tal-Kurja tal-Arċisqof. Din kienet ir-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta ħadet ħsieb torganizza din l-ikla għal dawk li jinsabu weħidhom jew li m’ghandhomx biżżejjed mezzi jew bla saqaf fuq rashom. Din is-sena l-ikla taħbat fil-ħamsin sena anniversarju ta’ Caritas Malta.Aqra aktar

“Nixtieq nara lil ommi u nixtieq li nkunu bħal qabel”- resident f’Dar Papa Franġisku li tkeċċa minn daru

Għal bosta, żmien il-Milied huwa żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjoni. Fil-bidu tax-xahar, dlonk nibdew inżejnu djarna sabiex nidħlu fl-atmosfera u kif jgħaddu l-festi, bosta jitwerwru jitilgħu fuq il-miżien!

Iżda, din mhix ir-realta ta’ kulħadd għax fostna hawn uħud li minħabba problemi soċjali, jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.Aqra aktar

Il-Caritas tilqa’ l-budget bħala wieħed “sensittiv soċjalment”

“Budget sensittiv soċjalment”, kien il-mod kif Caritas Malta fissret il-budget għas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-Caritas qalet l-budget jagħraf il-bżonn ta’ miżuri soċjali li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ diversi faxex tas-soċjetà.

Il-Caritas laqgħet iż-żieda fiċ-children’s allowance għal min għandu anqas dħul, iż-żieda fil-benefiċċji għal persuni b’diżabiltà u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Aqra aktar

Send this to a friend