carer – One News

Notifiki

16-il persuna b’carer personali frott miżura ġdida

  • TIEĦU L-ĦAJJA INIZJATTIVA OĦRA TAL-BAĠIT FAVUR PERSUNI B’DIŻABILITÀ

16-il persuna bdew igawdu minn inizjattiva tal-baġit għal din is-sena maħsuba biex ikun hemm għajnuna personalizzata li tgħin lill-persuni b’diżabilità jħossuhom iktar inklużi fil-komunità u toffri wkoll spalla għall-membri tal-familja li jieħdu ħsieb lil dawn il-persuni.

Permezz ta’ din l-iskema persuna b’diżabilità jkollha l-għajnuna ta’ assistent personali skont il-ħtiġijiet tagħha. L-iskema hija msejsa fuq dik imħaddma mill-Independent Living Institute tal-Iżvezja, u hija miftuħa għal persuni ta’ kull età, bl-ispiża tas-servizz tinqasam bejn il-Gvern u dawk li jagħmlu użu mis-servizz.Aqra aktar

Bil-filmat: Carer tinqabad fuq filmat issabbat ras anzjana

Carer inqabdet fuq filmat, meħud minn kamera li kienet moħbija, issabbat ras anzjana waqt li kienet qed tbiddlilha l-ħwejjeġ.

L-anzjana, li għandha 77 sena u għandha d-dimenzja, tgħix f’dar tal-anzjani u minħabba l-kundizzjoni li għandha ma tistax tfendi għal rasha b’hekk ikollha tiddependi fuq l-għajnuna tal-carers.

Aqra aktar

AKTAR MINN 200 TALBA GĦAL LIVE-IN CARER

Sena wara li beda l-proġett pilota tal-Live in Carers, l-applikazzjonijiet biex anzjani jkollhom LIVE IN carers qabżu l-mitejn, bl-ispiża allokata kienet ta’ miljun ewro.

Dan irriżulta minn mistoqsija parlamentari li wieġeb il-Ministru Michael Farrugia sena wara li ingħata bidu għall-proġett, u li dwarha aġġornana Patrick Vella, Direttur għall-Anzjanità u l-Kura fil-Komunità.

Aqra aktar

Allowance għall-carers mil-lum

Se tidħol l-allowance miżjuda għall-carers, dik li qabel kienet il-pensjoni tal-wens. Il-benefiċċju żdied minn €105.30 fil-ġimgħa għal €140 fil-ġimgħa b’żieda ta’ €34.70 fil-ġimgħa jew €1.40 fis-sena. Il-kriterji sabiex wieħed ikun eleġibbli jinkludu li l-pazjent irid ikun ta’ dipendenza għolja u jistgħu japplikaw, sew persuni singoli kif ukoll dawk miżżewġa.

Aqra aktar

Send this to a friend