b'xejn | One News

Notifiki

Passaport speċjali mingħand Heritage Malta se jdaħħal lil uliedek fil-mużewijiet kollha mingħajr ħlas

L-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji kollha se jibda jkollhom l-opportunità, flimkien ma’ żewġ adulti, li jżuru l-mużewijiet u siti storiċi ta’ Heritage Malta b’xejn.

Dan se jsir permezz ta’ card u passaport, maħruġa minn Heritage Malta, għall-istudenti kollha. L-istudenti se jingħataw il-card mill-iskola, u l-passaport jista’ jinġabar fl-ewwel żjara f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta.

Wara ċertu numru ta’ żjarat, l-istudenti se jkollhom aċċess speċjali għal ċertu siti li rari jinfetħu għall-pubbliku. It-tnedija ta’ dan il-passaport speċjali saret fiċ-Ċentru għal Viżitaturi tat-Tempji ta’ Ħaġar Qim.Aqra aktar

Tonio Borg jgħid li s-saħħa ma tistax tibqa’ b’xejn

  • SIMON BUSUTTIL JAĦTRU BIEX JAGĦTIH IL-PARIRI
  • IL-POLITIKA TAL-GVERN PREŻENTI TOTALMENT DIFFERENTI

Tonio Borg, eks Kummissarju Ewropew li l-Kap tal-Oppożizzjoni reġa’ daħlu fil-qalba tal-Partit Nazzjonalista, għamel dikjarazzjoni ċara li jrid jasal iż-żmien li f’Malta s-servizzi tas-saħħa jsiru bi ħlas.

Din id-dikjarazzjoni Tonio Borg għamilha mal-ġurnal ewropew The Politico li rrapporta b’mod estensiv dwar il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna u l-isfida tal-obeżità.

Il-Politico jgħid li ż-żewġ partiti politiċi f’Malta qagħdu lura milli jdaħħlu ħlas għas-saħħa għax il-prezz politiku jista’ jkun kbir. Dan, jgħid Tonio Borg, jaf irid jinbidel.

“Kollox b’xejn f’Malta,” kien ikkwotat jgħid Tonio Borg li żied kif dan ma jistax jibqa’ hekk.

“Jasal iż-żmien meta xi ħadd irid idaħħal tariffi (għal servizzi tas-saħħa) f’Malta,” qal l-eks Kummissarju Tonio Borg li Busuttil qed jużah bħala wieħed mill-konsulenti ewlenin tiegħu mhux biss fuq is-saħħa iżda wkoll fuq suġġetti oħra fosthom il-finanzjament tal-partiti.

Aqra aktar

Send this to a friend