burqa | One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Kanadiż: “Mhux affari tagħna li ngħidu lin-nisa x’jilbsu”

Justin Trudeau qal li mhuwiex xogħol il-gvern li jgħid lin-nisa dak li jistgħu jew ma jistgħux jilbsu, wara li l-provinċja Kanadiża tal-Quebec għaddiet liġi li tobbliga lil min jaċċessa trasport pubbliku jew servizzi tal-gvern biex ma jkollux wiċċu mgħotti.

Din il-liġi kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Amerika ta’ Fuq.

Aqra aktar

M’hemmx aktar velu ta’ dan it-tip f’postijiet pubbliċi fl-Awstrija

L-Awstrija ipprojbixxiet l-ilbies ta’ velu sħiħ f’postijiet pubbliċi bħal qrati u skejjel. Il-Gvern Awstrijakk qed jiddeċiedi wkoll li jneħħi l-possibiltà li impjegati tal-istat jilbsu mkatar ma’ rashom u simboli reliġjuż oħra. Dawn il-passi huma meqjusa attentat biex tkun mitigata l-popolrità tal-Freedom Party; partit lemini estremist. Il-koalizzjoni li qed tmexxi bħalissa kważi waqgħat il-ġimgħa li għaddiex fost kriżi fin-negozjati dwar il-futur tal-Awstrija.

L-Olandiżi jgħidu “LE” għall-burqa fl-iskejjel, fl-isptarijiet u fuq mezzi ta’ trasport

Awtoritajiet Olandiżi għadhom kemm iddeċidew li m’hemmx aktar ilbies tal-burqa f’ċertu postijiet pubbliċi. Dan huwa l-velu milbus minn nisa Musulmani bħala parti mill-kultura tagħhom. Din se tapplika għal kull tip ta’ mezzi kif wieħed jgħatti l-wiċċ, inkluż maklu  tal-iski u helmets f’postijiet bħall-iskejjel, sptarijiet, u fuq il-mezzi ta’ trasport pubbliku.

Madanakollu l-burqa tista’ tintlibes fit-triq.

Il-Prim Ministru Mark Rutte qal li din id-deċiżjoni m’għandhiex x’taqsam mar-reliġjon, imma fix-xewqa li jkun hemm bilanċ bejn il-ħelsien u l-komunikazzjoni.

 

Send this to a friend