bulgara – One News

Notifiki

Tinżamm arrestata fuq akkużi ta’ ‘pickpocketing’

Evdokiya Zlatkova ta’ 23 sena mill-Bulgarija nżammet taħt arrest fuqi akkużi ta’ ‘pickpocketing.’

Hija tressqet il-Qorti iktar kmieni llum wara li l-bieraħ inqabdet fil-mument tipprova tisraq minn basket ta’ mara li kienet għadha kif telgħet fuq tal-linja, f’Triq it-Torri Tas Sliema.

Fil-Qorti Zlatkova wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha u talbet ukoll għall-ħelsien mill-arrest.

Madankollu l-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma laqgħetx din it-talba hekk kif Zlatkova ma għandiex indirizz fiss. L-ispettur Jonathan Ransley li żied jgħid li l-Bulgara baqgħet ma provdietx informazzjoni dwar fejn toqgħod f’Malta.

Zlatkova dehret inkwetata ferm bid-deċiżjoni tal-Qorti hekk kif kienet pjanata ssiefer lura lejn il-Bulgarija, fis-17 ta’ Lulju.

 

Bulgara tisraq koppja li tawha saqaf fuq rasha

Bulgara ta’ 32 sena tressqet il-Qorti wara li serqet ġojjellerija mingħand koppja li tawha saqaf fuq rasha.

Fil-Qorti ħareġ kif il-Bulgara iġġieldet minn mas-sieħeb tagħha u ma kelliex fejn tgħix aktar. Fil-ġlieda hija heddet lis-sieħeb tagħha u xeħtitlu anke xi oġġetti. Konsegwenza ta’ hekk il-Bulgara spiċċat ma kelliex fejn toqgħod.

Aqra aktar

Tappella l-Bulgara li ntbagħtet il-ħabs għax serqet kartiera ta’ xufier

Bulgara li xahar li għadda ġiet ikkundannata sittax-il xahar ħabs wara li ammettiet li serqet kartiera bi €300 ta’ xufier tal-linja appelat mis-sentenza.

Hija wettqet dan il-kaz ftit tal-ħin wara li waslet Malta mill-Bulgarija. Il-Bulgara li qed tistenna tarbija , qed tgħid li hija ammettiet għall-akkuza li ma wettqitx għax filfatt is-serqa ma saritx minħabba li x-xufier induna li kenet se tisirqu.

Aqra aktar

Lix-xufier serqitlu l-kartiera, u issa sejra l-ħabs

Sena u erba’ xhur ħabs għal Bulgara li nhar il-Ħamis li għadda serqet kartiera.

Parashkeva Ivanonva, li għandha 34 sena u qed tistenna tarbija, kienet fuq tal-linja mill-Belt għal Baħar iċ-Ċagħaq meta serqet il-kartiera tax-xufier – att li ammettietu hi stess.

Aqra aktar

Send this to a friend