Budget – One News

Notifiki

Il-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu l-ħlasijiet taċ-Childrens’ Allowance

Il-Ġimgħa d-dieħla l-familji Maltin u Għawdxin se jirċievu l-ħlasijiet taċ-Childrens Allowance għall-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla li jinkludu ż-żidiet imħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon qal fit-tieni Sibt ta’ Diċembru se jitqassmu €9 miljun lil 42,000 familja li għandhom 63,000 wild.Aqra aktar

Il-PM fi Bratislava għal diskussjonijiet dwar il-budget li jmiss tal-U.E.

Il-Prim Mnistru Joseph Muscat jinsab fi Bratislava għal laqgħa bejn il-grupp hekk imsejjaħ Friends of Cohesion, li dalgħodu se jiltaqa’ biex jiddiskuti l-budget li jmiss għall-Unjoni Ewropea, li jkopri l-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027.

Preżenti wkoll se jkun hemm rappreżentanti għolja ta’ tmien Stati Membri Ewropej, rappeżentati mill-Kummissjoni Ewropea, u rappreżentanti mill-Bank Ewropew ta’ Investiment. Aqra aktar

Il-Caritas tilqa’ l-budget bħala wieħed “sensittiv soċjalment”

“Budget sensittiv soċjalment”, kien il-mod kif Caritas Malta fissret il-budget għas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija, il-Caritas qalet l-budget jagħraf il-bżonn ta’ miżuri soċjali li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ diversi faxex tas-soċjetà.

Il-Caritas laqgħet iż-żieda fiċ-children’s allowance għal min għandu anqas dħul, iż-żieda fil-benefiċċji għal persuni b’diżabiltà u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Aqra aktar

Send this to a friend