budget 2019 – Page 5 – One News

Notifiki

Tibqa’ fis-seħħ għotja ta’ €300 lil anzjani li għandhom aktar minn 75 sena

L-għotja ta’ €300 fis-sena lil dawk li għalqu l-75 sena, u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom,se tkompli tingħata tul is-sena d-dieħla. Dan ikkonfermah il-Ministru Edwrd Scicluna waqt li kien qed iħabbar il-baġit għas-sena d-dieħla fil-Parlament.

Din l-għotja se tiswa €9 miljun fis-sena, u se jibbenefikaw minnha ’l fuq minn 29,000 anzjan u anzjana.

Tiżdied il-Paga Minima Nazzjonali

Se jibqa’ fis-seħħ il-ftehim Nazzjonali li sar fl-2017 li pprometta żieda fil-paga minima. Il-ftehim stipula li impjegati fuq il-paga minima jittellgħu minnha wara li jkunu ilhom sena fl-impjieg ma’ min iħaddimhom. Il-ħaddiem ikun intitolat għal żidiet ta’ €3 fil-ġimgħa tul it-tieni sena fl-impjieg, u fit-tielet sena għal żieda ta’ €3 addizzjonali fil-ġimgħa. Aqra aktar

Il-Ħaddiema se jkollhom ġurnata oħra leave mis-sena d-dieħla

Il-ħaddiema se jibbenefikaw minn ġurnata oħra mal-leave tagħhom. Dan wara li tul din is-sena, il-Gvern beda jimplementa wegħda elettorali elwenija tiegħu li jagħti lura lill-ħaddiema l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħ

Il-Gvern qed se jkun qed jagħmel dan bħala mezz biex jippremja lill-ħaddiema Maltin għall-bżulija tagħhom u biex jinħoloq bilanċ bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħin liberu tal-ħaddiema.

DIRETT: il-PM b’messaġġ qabel jitħabbar il-baġit għall-2019

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għadda messaġġ fuq il-midja soċjali, minuti biss qabel jitħabbar il-baġit għall-2019.

It-tema għal dan il-baġit hija ‘Malta, ngħixu s-suċċess’, hekk kif dan huwa baġit li ffoka fuq titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Send this to a friend