budget 2019 – Page 4 – One News

Notifiki

Maltin li jingħataw trattament mediku f’Għawdex se jingħataw rifużjoni tal-biljett tal-vapur

L-għajnuna finanzjarja li tingħata taħt l-iskema travel reimbursement for patients undergoing treatment cancer at Mater Dei, li tingħata lill-pazjenti Għawdxin li jiġu Malta għal trattament mediku, se tiġi riveduta billi tingħata wkoll lill-adult li jkun qed jakkumpanja lill-pazjent.

Din se tingħata wkoll lill-pazjenti Maltin li jmorru għal trattamenti f’Għawdex. Se tingħata wkoll allowance addizzjonali biex ittaffi l-piż tal-akkomodazzjoni f’Malta jew f’Għawdex skont il-każ.Aqra aktar

Konsultazzjoni mal-Privat biex jingħata depożitu fuq kontenituri tax-xorb

Il-Gvern ħabbar li tul is-sena d-dieħla se jibdew diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar il-konsultazzjoni biex is-settur privat jibda’ jopera skema ta’ depożitu fuq kontenituri tax-xorb.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif mis-sena d-dieħla, id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq li jsir konsortju magħmul minn operaturi u importaturi, biex jiġi maqbul l-aħjar mod biex din l-iskema tiġi implimentata.

Il-Gvern se jestendi diversi skemi dwar trasport alternattiv

L-iskema tal-għotja fuq roti jew roti elettroniċi li hi ekwivalenti għal refund sħiħ tal-VAT, se tiġi estiża għal sena oħra. L-iskema introdotta fil-baġit għal din is-sena, dik li jinċentiva wkoll ix-xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal massimu ta’ €400, se tiġi estiża għas-sena d-dieħla.Aqra aktar

L-iskemi tal-first-time buyers u second-time buyers se jkunu estiżi għal sena oħra

Il-Gvern ħabbar li diversi skemi ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll li daħħal Gvern Laburista fl-aħħar snin se jkunu etiżi għal sena oħra.

Dawn jinkludu l-iskema tal-first-time buyers, second-time buyers, propjetà vakanti f’żoni tal-konservazzjoni Urbana, xiri ta’ djar f’Għawdex, kif ukoll skemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeċ fuq xogħol ta’ restawr.

700 unit ta’ housing soċjali ġdid b’investiment ta’ €50 miljun

Il-Gvern se jkompli l-proġett tal-bini ta’ 500 appartament ta’ housing soċjali bl-għajnuna tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill Ewropew, filwqt li se jibda’ proġett ta’ bini ta 700 unit għal housing soċjali ġdid b’ investiment ta’ €50 miljun. Parti minn dan l-investiment, li tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Ministru Edward Scicluna fid-diskors dwar il-baġit, ġej mill-Fond Soċjali u ta’ Żvilupp Nazzjonali, l-NSDF. Aqra aktar

Send this to a friend