budget 2019 – Page 2 – One News

Notifiki

Progress kbir biex persuni jwaqqfu negozju ġdid

Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fil-villaġġ tas-snajja’ f’Ta Qali fejn sa issa sar aktar minn 70% tax-xogħol fl-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Bix-xogħol ta’ infrastruttura u bini tat-toroq mistenni jitlesta f’Jannar tas-sena d-dieħla.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha elenka l-mizuri u l-proġetti mħabbra fil-budget 2019.Aqra aktar

ARA: Il-miżuri tal-budget se jkomplu jtejbu l-ħajja soċjali

Il-miżuri tal-Budget għas-sena d-dieħla se jkomplu jtejbu l-ħajja soċjali tal-familji, tfal, anzjani u persuni b’diżabilità.

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li ż-żieda fiċ-Children’s Allowance lil kull familja li għandha dħul ta’ inqas minn €20,000 fis-sena se jibbenefikaw minnha kważi 25,000 tifel u tifla. Aqra aktar

Il-Budget imressaq it-Tnejn huwa mibni fuq tliet pilastri

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li l-budget għas-sena d-dieħla jrid ikompli jagħti l-ispazju lil dawk l-intrapriżi li qed ikomplu jikbru b’ritmu mgħaġġel.

Fuq kollox dan kien budget soċjali li qed jagħti imbuttatura lil min mhux b’kapriċċ għandu bżonn l-għajnuna għax huwa vulnerabbli.Aqra aktar

ARA: Il-Budget għall-2019 mal-ewwel daqqa t’għajn

Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar il-budget għas-sena 2019, it-tieni wieħed f’din il-leġislatura, u t-tieni budget fl-Istorja ta’ Malta li ma daħħal ebda taxxa ġdida fuq il-poplu Malti.

Dan huwa t-tielet budget b’surplus, ir-raba’ budget li żied il-pensjonijiet, u s-seba’ budget li ra tnaqqis fit-taxxa tad-dħul.

Dawn huma bosta mill-miżuri ewlenin tal-Budget 2019: Aqra aktar

“Budget li jirrifletti s-suċċess ta’ pajjiżna”- l-MDA

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, Sandro Chetcuti saħaq li dan il-Budget qata’ ix-xewqa tal-Assoċjazzjoni li dan ikun budget tan-nies. Dan għaliex fi kliem il-president tal-MDA il-budget jirrifletti biċ-ċar is-suċċess li qed jikseb pajjiżna u li issa se jgawdi minnu l-poplu. L-Assoċjazzjoni sodisfatta li ħafna miżuri posittivi bħall-First Time u Second Time Buyers inżammu u issa ġew introdotti wkoll miżuri ġodda għall-housing u kirjiet affordabbli

“Budget pożittiv”- il-GRTU

Il-President tal-GRTU Paul Abela laqa’ b’mod pożittiv il-budget għall-2019, b’mod partikolari l-fatt li persuni li jaġdmu għal rashom se jkollhom id-dritt tal-benefiċċji tad-diżimpjieg jekk ikollhom jieqfu minn xogħolhom.

 

Il-UHM tirreaġixxi b’mod pożittiv għall-budget 2019

Il-UHM- Voice of the Workers laqa’ l-miżura tal-baġit 2019 li se tara żieda oħra fil-pensjonijiet. F’kummenti ma’ one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv Josef Vella qal ukoll li dan il-baġit huwa miżgħud b’aspetti pożittivi, bħat-tneħħija tal-miżati minn fuq l-eżamijiet tal-MATSEC, il-ġurnata leave żejda għall-ħaddiema, u li aktar mediċini se jkunu disponibbli.

Send this to a friend