budget 2019 – One News

Notifiki

L-ewwel pass għal inizjattivi ta’ housing speċjalizzat; jitwaqqaf bord ta’ esperti biex tibda titwettaq miżura tal-Budget 2019

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħabbar li twaqqaf bord ta’ esperti għal programmi speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni (specialised housing programmes) fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.

 Dan qed isir biex proġetti ta’ housing speċjalizzati ikkordinati minn NGOs li jipprovdu servizz mingħajr profitt jiġu appoġġjati bi gwidi ċari ta’ best practices, u għajnuniet oħra, fosthom għotjiet finanzjarji jew allokazzjonijiet ta’ spazji adekwati. Dan se jsir skont il-prijoritajiet li se jiġu stabbiliti mill-membri ta’ dan il-bord.Aqra aktar

Baġit 2019- għal għajxien aħjar għall-familji kollha

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-baġit għas-sena d-dieħla jolqot b’mod pożittiv lil kull familja b’mod partikolari lill-ħaddiema bil-paga minimia.

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, il-Ministru Dalli qalet kif permezz tal-mekkaniżmu li ddaħħal is-sena li għaddiet inħolqot kummissjoni li tevalwa s-sitwazzjoni ta’ għajxien tal-familji li jgħaddu b’paga minima. Aqra aktar

Send this to a friend