budget 2018 | One News

Notifiki

Ara: Chase Yesterday – proġett ġdid fix-xena mużikali Maltija minn Jon Micallef

Chase Yesterday huwa proġett ġdid fix-xena mużikali Maltija, u hija l-ħolma tal-membru ewlieni tagħha: Jon Micallef.

L-istil tiegħu huwa inspirat minn diversi stili ta’ mużika elettronika, mil-ħoss klassiku tal-mużika synth tal-80s, il-familjarita’ moderna tat-trance u l-EDM, u l-istil retro tas-synthwave.

Dan jirriżulta fi stil ta’ mużika uniku u enerġetiku.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Helena Dalli dwar il-Bagit li jmiss tal-UE

 

Fi Brussel qed titlaqqa’  konferenza għolja fuq jumejn dwar il-Bagit li jmiss tal-Unjoni Ewropea, liema ċiklu jidħol fis-seħħ fis-sena 2020. Dan il-Bagit ser ikun wieħed kruċjali għall-pajjizi membri peress li ser ikun qed isir fl-isfond tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, liema deċizjoni mistennija tħalli effett fuq il-finanzi tal-istess Unjoni. Id-diskussjonijiet li qed isiru fil-fora Ewropej jirrigwardjaw diversi materji, fosthom jekkx iċ-ċiklu magħruf bhala Multi Annual Financial Framework, għandux jibqa’ fuq medda ta’ seba’ snin jew inqas, u jekk għandhux jiżdied il-bagit tal-Unjoni biex din tkun tista’ tipproponi inizjattivi ġodda għas-snin li ġejjin fosthom fis-setturi tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni.

Din il-konferenza kienet ukoll indirizzata mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fejn saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha l-ewwel tidentifika l-ambizzjonijiet tagħha, u l-pożizzjoni tagħha għaż-żmien li ġej, biex imbagħad il-pajjiżi membri jkunu jistgħu jibdew id-diskussjonijiet formali. Huwa mistenni li l-proposta għall-bagit Ewropew wara s-sena 2020, toħroġ f’Mejju. Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq li dan il-bagit ikun approvat sa Mejju 2019, ħalli s-setturi kollha Ewropej li b’xi mod jew ieħor jiddependu fuq il-fondi Ewropej, ikunu mħejja bl-aħjar mod.

Jitlaqqa’ l-MCESD biex jiddiskuti l-proposti tal-imsieħba soċjali għall-‘Budget’ 2018

L-MCESD tlaqqa’ bil-għan li jiġi diskuss dokument konsolidat li jgħaqqad il-proposti kollha tal-imsieħba soċjali għall-Budget 2018.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli li kienet preżenti għal din il-laqgħa, iddeskriviet dan l-eżerċizzju bħala mod tajjeb u strutturat li jagħti l-opportunità lill-imsieħba kollha jagħtu s-sehem tagħhom f’dan il-proċess konsultattiv.Aqra aktar

Send this to a friend