Brussell – One News

Notifiki

“L-estensjoni trid tkun waħda sensibbli” – il-PM

Kwalunkwe estensjoni li kapaċi tingħata dwar Brexit għandha tkun waħda sensibbli. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti lill-ġurnalisti, ftit qabel ma beda summit ta’ emerġenza fi Brussell li ssejjaħ wara li Theresa May talbet estensjoni sat-tletin ta’ Ġunju li ġej dwar Brexit.

Aqra aktar

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jaqblu li Artiklu 50, li jiggarantixxi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jiġi estiż sat-22 ta’ Mejju li ġej. Dan kien deċiż waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea fi Brussell, li din is-sena kien iddedikat għat-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta. L-Unjoni Ewropea qalet li l-estensjoni tkun garantita jekk il-Parlament Ingliż f’Westminster japprova l-abbozz dwar Brexit qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta’ Mejju li ġej.Aqra aktar

Il-PM f’laqgħa mal-President tal-KE qabel jibda’ s-summit tal-Mexxejja Ewropej dwar Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, sigħat qabel ma’ jingħata bidu għas-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq possibbiltà ta’ estensjoni ta’ Brexit.

Il-Prim Ministru Muscat kien diġà ddikjara li l-Gvern Malti huwa favur estensjoni għaqlija tal-perjodu tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, iżda dan irid isir bi ftehim u pjan xieraq. Huwa kien fost is-27 mexxejja ta’ Stati Membri Ewropej li llum mistennija jiddeċidu jekk għandhiex tingħata l-estensjoni fuq Brexit, wara li din tintalab b’mod formali mill-Prim Ministru Ingliż, Theresa May.Aqra aktar

Il-PM fi Brussell għal summit dwar l-estensjoni ta’ Brexit

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jiddeċiedu jekk Brexit jiġix estiż sat-30 ta’ Ġunju li ġej. Dan waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq it-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun preżenti għal dan is-Summit, li ssejjaħ mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Aktar kmieni l-Gvern Malti iddikjara li jaqbel mal-estesjoni ta’ Brexit, diment li dan isir bi ftehim u pjan ċar. Aqra aktar

“Jum ta’ dieqa għal Malta, ir-Renju Unit, u l-Ewropa”- il-PM

Dan huwa jum ta’ dieqa għal Malta, ir-Renju Unit, u l-Ewropa, iżda dan huwa l-aħjar ftehim li seta’ jintlaħaq biex jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż.

Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva d-deċiżjoni tal-EU27, li aktar kmieni l-Ħadd approva b’mod unanimu l-ftehim dwar Brexit waqt summit straordinarju fi Brussell. Aqra aktar

May fi Brussell għal aktar skrutinju dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tiltaqa’ ma’ uħud mill-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li ż-żewġ partijiet jiffinalizzaw il-ftehim Brexit qabel mal-bqija tal-mexxejja Ewropej jiltaqgħu nhar il-Ħadd li ġej.

Jidher li għad hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-aċċess li se jkollu r-Renju Unit għas-suq waħdieni Ewropew wara Brexit, u l-aċċess li se jkollhom bastimenti Ewropej fl-ibħra Ingliżi u f’Ġibiltà.Aqra aktar

Send this to a friend