Brussel – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

Immarkat il-Jum Dinji għall-għarfien dwar persuni Intersex mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-UE

F’attività organizzata mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u dik tal-Ġermanja bit-tema ‘Intersex Equality in Europe: How Can the EU Advance Intersex Rights’, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Persuni Intersex ippreżentat legal toolkit f’ġest li mmarka l-Jum Dinji għall-Għarfien dwar Persuni Intersex.

Aqra aktar

Iż-żgħażagħ, it-tfal u n-nisa fuq l-aġenda f’laqgħat bilaterali tal-President Coleiro Preca ġewwa Brussell

Fi Brussell, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, kellha diversi laqgħat bilaterali, mal-President tar-Rwanda u Chairperson tal-Unjoni Afrikana (African Union) Paul Kagame. Maċ-Chairmantal-Unjoni Afrikana, il-President iddiskutiet inizjattivi dwar kif nistgħu nilqgħu għall-fenomenu tal-immigrazzjoni tat-tfal, bil-għan li dawn jingħataw il-protezzjoni, biex ma jiġux traffikati. Il-President tar-Rwanda u l-President ta’ Malta ddiskutew ukoll, il-bidu tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Aqra aktar

Brussell mill-ġdid fil-mira tat-terroristi

L-istazzjon ċentrali tal-ferrovija fi Brussell kien evakwat wara li nstemgħet splużjoni. Għalkemm l-ewwel dikjarazzjonijiet mill-pulizija Belġjana jindikaw li kollox jinsab taħt kontroll.

Rapporti qed jgħidu li persuna li kienet liebsa ċintorin ta’ splussiv twaqqfet fil-ħin mill-forzi tal-ordni filwaqt li l-pjazza ewlenija tal-Belt, il-Gran Place, kienet evakwata.

Din mhix l-ewwel darba li Brussell qed jisfa fil-mira tat-terroristi. Is-sena li għaddiet 32 persuna mietu wara attakk fl-ajruport mill-Istat Iżlamiku.Aqra aktar

Jippjanaw attakk terroristiku

l-pulizija Belġjana arrestat tnax-il persuna f’operazzjoni kbira kontra t-terroriżmu, tliet xhur wara l-attakki fatali fi Brussell.

Il-prosekuturi qalu li dawk li kienu arrestati fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt huma suspettati li kienu qed jippjanaw attakk terroristiku. Dawn kienu parti minn grupp ta’ 40 li kienu interrogati.

Aqra aktar

Il-Pulizija Belġjana kienet taf mill-2014 dwar il-pjanijiet tal-aħwa Abdeslam

Skont rapporti dwar l-attakki f’Pariġi , Il-pulizija Belġjana kellha informazzjoni min-nofs is-sena 2014 dwar il-ħsieb li kellhom Salah u Brahim Abdeslam li jwettqu attakk fuq il-belt ta’ Pariġi .

Brahim Abdeslam sploda lilu nnifsu matul l-attakki f’ Pariġi f’ Novembru li għadda, attakk li matulu qatel 130 persuna, filwaqt li ħuħ Salah ħarab minn fuq il-post u ġie arrestat fi Brussel fl-aħħar xahar, propju erbat ijiem qabel l-attakki terroristiċi fi Brussell.

Il-konklużjonijiet tar-rapport, li kopja tiegħu kienet miksuba mis-sit POLITIKO,  jgħid kif r- radikalizzazzjoni tal-aħwa, konnessjonijiet bejn l-aħwa u l-moħħ wara l-attakki ta’ Pariġi Abdelhamid Abaaoud, kif ukoll l-intenzjoni tagħhom li jagħmlu xi tip ta ‘att, kien magħruf mill-forzi tas-sigurta’ Belġjani sew qabel l-attakki.

Is-sezzjoni kontra t-terroriżmu tal-pulizija sostniet li ma setatx tagħmel rapport kriminali dwar l-aħwa, dan wara li ma setax jiġi stabbillit b’ċertezza min mill-aħwa kien involut f’dawn il-pjanijiet.  Iżda ir-rapport li annalizza l-argumenti mressqa mill-pulizija, qal li l-ismijiet taż-żewġ aħwa li kienu jgħixu Molenbeek fi Brussell, kienu diġa mniżla fid-database tal-pulizija.

Il-pulizija kellhom ukoll f’idejhom komputers, USB sticks u informazzjoni dwar it-telefonati tal-aħwa Abdeslam sa minn Frar tal-2015, iżda r-rapport jgħid li din l-informazzjoni ma ntużatx, “L-anqas wara Pariġi, u l-anqas riċentament.”

‘Le Soir’ irrapurtat kif it-talba mill- prosekuturi Belġjani sabiex ikunu jistgħu janallizzaw it-telefonati u l-imejls tal-aħwa Abdeslam ġiet miċħuda mill-pulizija minħabba nuqqas ta ‘riżorsi. Din it-talba saret mis-sezzjoni kontra t-terroriżmu, wara li gew interrogati l-aħwa mill-awtoritajiet, wara suspett li kienu qiegħdin jippjanaw vjaġġ lejn is-Sirja fil-bidu tal-2015. Kien propju fil- 21 ta’ April 2015, li l-pulizija ddeċidiet li l-fajl tal-aħwa Abdeslam ma kellhu l-ebda bżonn li jiġi revedut.

Dan ir-rapport li eżamina n-nuqqasijiet tal-pulizija rigward l-attakki ta’ 13 ta’ Novembru f’Pariġi, ġie abbozzat mill-Comite’ P, li kien magħmul sabiex jinqara minn  Membri Parlamentari li kienu pprojbiti milli jieħdu noti minn dan ir-rapport kif ukoll ma setawx jieħdu koppja tar-rapport mill-kamra.

Send this to a friend