briju | One News

Notifiki

Meta ‘kollox jgħaddi’, anke ikel u xorb

Heritage Malta se torganizza taħdita sabiex tesplora numru ta’ xbiehat u ritratti li jiġbru fihom dawn il-messaġġi u tifsiriet assoċjati mal-ikel fil-karrijiet tal-karnival.

Storiċi u studjużi tal-kultura ta’ spiss josservaw li minbarra li joffri spettaklu u divertiment, il-karnival iġorr ħafna tifsiriet simboliċi li joffru tagħrif importanti  dwar il-kuxjenza popolari. Manifestazzjonijiet bħall-karnival jistgħu jsaħħu u jfaħħru l-pożizzjoni u d-deċiżjonijiet tal-awtorità, jew jikkritikaw u jdgħajfu l-poteri tagħha skont iċ-ċirkostanzi.

Aqra aktar

Il-Karnival se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar

Il-Karnival ta’ Malta din is-sena se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar.

Din is-sena, se jkun hemm iktar attivitajiet relatati ma’ tradizzjonijiet Maltin, b’serata minnhom se tkun iddedikata propju għal din it-tema. L-attivitajiet se jkunu ffokati kollha l-Belt Valletta, u l-grand defile bħas-soltu jibda mil-Floriana.

Se jkun Karnival b’differenza, għaliex id-dilettanti jinsabu ħerqana aktar minn qatt qabel. Dan għaliex fl-aħħar ta’ Novembru li għadda, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown.

Aqra aktar

Tal-Karnival jirrakkontaw kif kien ikollhom iqattgħu l-karrijiet biċċiet biex joħorġuhom u jdaħħluhom fl-imħażen

Meta tara karru tal-Karnival, tistħajlek tinbela’ mill-istruttura kbira ikkulurita, sinonima ma’ ħafna ferħ u briju tipikament Malti.

Iżda dak li jagħti dan is-sens ta’ ferħ attwalment ifisser sigħat ta’ xogħol iebes għad-dilettanti. Ngħidu hekk mhux biss għall-bini tal-karrijiet infishom imma għall-fatt li ħafna minnhom, wara li jinbnew, ikollhom jiżżarmaw kompletament u jerġgħu jintramaw barra l-imħażen, sempliċement għax m’hemmx infrastruttura adekwata bħalissa. Tal-Karnival spjegaw dawn il-bżonnijiet bażiċi – bħall-fatt li l-floats ma jgħaddux mill-bibien. Problema li ilha magħhom deċenji.

Kien lejn l-aħħar ta’ Novembru li l-Awtorità tal-Ippjanar approva l-pjan għall-villaġġ tal-Karnival. Proġett ta’ ħames miljun ewro li se jsir il-Marsa, minflok dak li nsibuħ bħala l-garaxx tal-Gvern qrib Albertown. Se jkun hemm 25 maħżen b’għoli ta’ tliet sulari, fejn jistgħu jinbnew il-karrijiet. Il-kumpless se jinkludi workshops anke għal min jaħdem fuq kostumi, għal min ikun irid jipprattika ż-żfin relatat mal-karnival.

 Hawn tista’ tisma dak li kellhom xi jgħidu l-membri mill-Għaqda Parteċipanti tal-Karnival.

Aqra aktar

Esperiment li rnexxa; ta’ Wied il-Għajn kuntenti!

Il-karnival tas-sajf sar sinonimu mar-raħal ta’ Buġibba, iżda għall-ewwel darba sar fin-Nofsinhar ta’ Malta, f’Wied il-Għajn.

Fit-tlieta ta’ filgħodu tal-Ħadd, il-karrijiet tal-Karnival ttieħdu lejn Wied il-Għajn biex il-Ħadd filgħaxija l-briju kompla hemm.

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici sostna li dan kien esperiment li rnexxa. Id-direttur artistiku tal-Karnival Jason Busuttil, sostna li għas-sena d-diehla ser ikunu qed jaħdmu biex dan l-avveniment jikber.

Aqra aktar

Send this to a friend