Brexit | One News - Part 9

Notifiki

Issa, kif inhi l-burdata f’Westminster?

Ministri tal-Gvern Ingliż inqaflu għal sigħat sħaħ f’Downing Street ilbieraħ qabel mal-Prim Minsitru Theresa May ħabbret li se jappoġġjaw l-abbozz tagħha dwar Brexit. Abbozz ta’ 585 paġna.

Il-Prim Ministru Ingliż indirizzat lill-midja waħedha, waqt li membri oħra tal-gvern baqgħu ġewwa. Aqra aktar

“Telfa waħda wara l-oħra”- MP Ingliż dwar Brexit

“Il-jum tal-ġudizzju” fuq Brexit wasal hekk kif ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea se jkunu qed jissieltu għal ftehim fit-48 siegħa li ġejjin.

Uffiċjali mill-Gvern Ingliż ikkonfermaw li l-Gvern f’Westminster qed jipprova jiffinalizza t-termini ta’ Brexit sa nhar l-Erbgħa li ġej, biex b’hekk, il-mexxejja Ewropej ikunu jistgħu jiddiskutuh u joħorġu l-verdett finali dwaru sal-aħħar ta’ dan ix-xahar. Aqra aktar

“Full English Breakfast”…

Għal snin twal kienet saret kważi drawwa li nkun mistieden għal ftit jiem minn familja ta’ xi ħbieb Ingliżi u m’għandniex xi ngħidu kull filgħodu konna nagħmlu festa mill-Full English Breakfast li konna niġu offruti.  Ovvjament il-jiem ta’ wara kien ikun il-miżien li jagħmel festa meta kien jimmarka kemm inkunu żidna fil-piż!

Iżda l-ħajja tgħallimna li xejn mhu għal dejjem u mit-23 ta’ Ġunju 2016 ‘il hawn dawn il-ħbieb Ingliżi ma baqgħux iservuna l-Full English Breakfast tas-soltu.  Kienu jippreferu jżommuh għalihom waqt li lilna bdew iservuna toast u barra bid-daqq!

Riedu donnhom iwasslulna l-messaġġ li issa ladarba fir-Referendum il-poplu Brittaniku kien iddeċieda b’51.9% tal-voti li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, dak kollu li tradizzjonalment huwa marbut ma’ pajjiżhom kienu se jibdew iżommuh għalihom biss.  Issa li kien se jiskatta l-artiklu 50 sabiex r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropeja qishom riedu jagħmluha ċara li kien se jibda ikun hemm distinzjoni bejn l-affarijiet tar-Renju Unit u l-affarijiet Ewropej.Aqra aktar

L-Irlanda b’akkużi ġodda fil-konfront ta’ Theresa May

Il-Partit Demokratiku Unjonist tal-Irlanda, id-DUP, akkuża lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May li ma wettqitx dak li wegħdet dwar l-impatt ta’ Brexit fuq il-fruntieri Irlandiżi.

Dan f’reazzjoni għal ittra li bagħtet il-Prim Ministru stess lil dan il-partit, li kienet ippubblikata f’gazzetta Ingliża.Aqra aktar

Send this to a friend