Brexit | One News - Part 7

Notifiki

Il-ftehim Brexit għandu jiġi nnegozjat mill-ġdid- Michael Fallon

Il-ftehim dwar Brexit ta’ Theresa May għandu jiġi nnegozjat mill-ġdid. Dan qalu l-eks segretarju tad-difiża Michael Fallon. Huwa fetaħ attakk fuq l-ftehim propost u qal li dan kien l-agħar li jista’ jkun.

Il-Prim Ministru, Theresa May, qed iżur Wales u l-Irlanda ta’ Fuq biex tikkonvinċi li l-ftehim tagħha se jġib ċertezza fost in-negozji.Aqra aktar

Il-ftehim Brexit huwa ‘theddida’ għan-negozju bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit- Donald Trump

Donald Trump qal li l-ftehim ta’ Brexit ta’ Theresa May jista’ jkun ta’ theddida għall-ftehim ta’ negozju bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Il-President tal-Istati Uniti qal li l-ftehim ta’ tluq jidher li huwa ftehim mill-aqwa għall-Unjoni Ewropea, u jfisser li r-Renju Unit jista’ ma jkunx kapaċi jinnegozja mal-Istati Uniti.Aqra aktar

“Ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit mhux se jitilfu ebda drittijiet” -il-PM

Waqt li aġġorna l-Kamra bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Kunsill Ewropew li tlaqqa l-Ħadd li għadda fi Brussell, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar li f’dawn id-diskussjonijiet, assigura li ċ-ċittadini Maltin li jgħixu r-Renju Unit ma jitilfu l-ebda drittijiet, u l-interess tagħhom ikun issalvagwardjat.

Madanakollu, reġa’ fakkar li Malta tilfet sieħeb strateġiku importanti fuq il-mejda tan-negozjati tal-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Se nitilfu alleat” – Il-PM wara s-summit dwar BREXIT

Il-mexxejja Ewropej approvaw l-ftehim dwar Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall minn mal-Unjoni Ewropea f’Marzu li ġej. Ftit tal-minuti wara li l-mexxejja Ewropej laħqu dan il-qbil, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li bi Brexit, Malta se tkun qed titlef alleat fl-Unjoni Ewropea. Huwa sostna li “madwar il-mejda se nitilfu alleat li matul iż-żmien kemm ilna fl-Unjoni Ewropea dejjem konna fl-istess paġna fuq ħafna affarijiet speċjalment fin-naħa finanzjarja u ekonomika.”

Fi Brussell, Dr. Muscat irrimarka wkoll li l-approvazzjoni kollettiva ta’ dan il-ftehim hija turija ta’ għaqda. Fisser li permezz ta’ dan il-ftehim, oqsma ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi bħal dak tas-saħħa mhux se jiġu affetwati. Fid-dawl li sa ftit tal-jiem qabel, kien hemm tħassib dwar il-ftehim wara li Spanja ressqet l-oġġezzjonijiet tagħha minħabba Ġibiltà, il-Prim Ministru rrimarka għal maturità li biha mxew il-mexxejja kollha tal-istati membri. Dwar dan il-Prim Ministru qal li “in-negozjati saru fuq medda ferm itwal u llum kien ċar li ġejna hawnekk mhux biex ninnegozjaw iżda biex nikkonkludu”.Aqra aktar

“Jum ta’ dieqa għal Malta, ir-Renju Unit, u l-Ewropa”- il-PM

Dan huwa jum ta’ dieqa għal Malta, ir-Renju Unit, u l-Ewropa, iżda dan huwa l-aħjar ftehim li seta’ jintlaħaq biex jirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu Ingliż.

Kien b’dan il-mod li l-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva d-deċiżjoni tal-EU27, li aktar kmieni l-Ħadd approva b’mod unanimu l-ftehim dwar Brexit waqt summit straordinarju fi Brussell. Aqra aktar

Approvat il-ftehim Brexit mill-mexxejja Ewropej

Il-mexxejja Ewropej approvaw il-ftehim ta’ Brexit li mistenni jara lir-Renju Unit jinħall darba għal dejjem minn mal-Unjoni Ewropea.

Dan ħabbru il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u sar f’inqas minn siegħa ta’ diskussjoni f’summit li qed jitlaqqa’ fi Brussell.

Donald Tusk jibagħat dokument dwar ir-relazzjoni futura bejn l-U.E. u r-Renju Unit lill-EU27

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Donald Tusk, bagħat dikjarazzjoni politika dwar ir-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit lill-mexxejja tal-EU27. Huwa kkonferma fi tweet li dan l-abbozz kien approvat fil-livell ta’ negozjaturi taż-żewġ partijiet, u kien approvat anke fuq livell politiku.Aqra aktar

May fi Brussell għal aktar skrutinju dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May mistennija tiltaqa’ ma’ uħud mill-ogħla uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li ż-żewġ partijiet jiffinalizzaw il-ftehim Brexit qabel mal-bqija tal-mexxejja Ewropej jiltaqgħu nhar il-Ħadd li ġej.

Jidher li għad hemm nuqqas ta’ qbil dwar l-aċċess li se jkollu r-Renju Unit għas-suq waħdieni Ewropew wara Brexit, u l-aċċess li se jkollhom bastimenti Ewropej fl-ibħra Ingliżi u f’Ġibiltà.Aqra aktar

Send this to a friend